''Nhar is-Sibt erġgħu kunu miegħi biex nuru li Malta qiegħda f'qalbna'' - Il-Prim Ministru Joseph Muscat b'diskors ta' statista u konvinzjoni

  • Mej 23, 2019 20:05
  • Miktub minn iNews
"

    "Tlaqna minn poplu li kien jaħseb li kollox kien mitmum u beda jaqta' qalbu, iżda aħna qbadna l-prinċipji tal-ġustizzju soċjali, tal-mobilita soċjali, tal-inklużjoni u tal-għaqda nazzjonali u għidna li dan il-pajjiż kapaċi jkun l-aqwa fl-Ewropa." Hekk beda d-diskors tiegħu l-Prim Ministru ta' Malta, Joseph Muscat waqt l-aħħar rally li se tgħalaq il-kampanja elettorali tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropej u tal-Kunsilli Lokali. 

    Dr. Muscat kompla jgħid li tal-fiduċja li l-Maltin u l-Għawdxin ta' lill-Partit Laburista, l-Gvern ta' kwalità ta' ħajja aħjar lill-poplu kollu. "Għandna l-fiduċja li l-aqwa żmien ta' pajjiżna qiegħed hawn." 

    Huwa fakkar li fl-aħħar sitt snin, kull sena, grazzi għar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u ilma, l-poplu qed jibbenifika minn €90,000 fis-sena. Fost din il-miżura, l-Prim Ministru Joseph Muscat semma miżuri oħrajn li Gvern Laburista għamel fl-aħħar sitt snin. Dr. Muscat qal li "aħna mhux se nistrieħu qabel naċċertaw li ma jkunx hemm persuna waħda fil-faqar." 

    Fost l-għajjat ta' "Joseph, Joseph," il-Prim Ministru żied jgħid li kieku ma kienx għall-Gvern tal-Labour, l-anzjani qegħdin jittalbu. "Aħna lill-anzjani għamilnihom nies, ħaddieħor matul 25 sena ma tax kas il-penzjonijiet." Dr Muscat, rrimarka li "konna aħna li qlibna l-folja u biddilna d-direzzjoni." 

    Meta indirizza liż-żgħażagħ, il-Prim Ministru qal li huwa għandu tliet kliem għalihom, "xogħol, xogħol, xogħol." Huwa ggarantixxa li mhux biss xogħol għaż-żgħażagħ iżda wkoll għal uliedhom. Fi kliem Dr. Muscat, "lil Malta fqajniha, iva, fqajniha bix-xogħol u hekk se nkomplu nagħmlu." 

    Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-barranin u l-qtil ta' Lassana Cisse u qal li fin-natura tiegħu, l-Malti huwa qalbu tajba u li "kulħadd ħass dak li ġara." 

    Ma naqasx li l-Prim Ministru enfasizza fuq l-importanzi li l-istatus tal-mara fis-soċjetà tkompli titla' 'l fuq. Dr. Muscat rrefera wkoll li minkejja li t-tieni leġiżlatura ta' dan il-Gvern ilha biss sentejn, "diġà twettaq 55% tal-manifest elettorali." 

    Kompla jgħid li kull proposta li qiegħda fil-manifest "se ssir... dak li ktibnilkom kollu se jitwettaq." Il-Prim Ministru qal li hemm bżonn li s-Sibt li ġej "noħorġu nivvotaw, nivvotaw kmieni u nivvotaw lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista... ħames snin ilu minkejja 33,000 vot maġġoranza xorta spiċċajna bi tlett siġġijiet." 

    Il-Prim Ministru kkonkluda jgħid li hu ma jiddejjaq xejn li nhar is-Sibt huwa se jkun minn ta' quddiem b'appell wieħed lill-poplu Malti biex "erġgħu kunu mieghi, ħalli flimkien nerġgħu nuru li Malta qiegħda f'qalbna

    "Aħna fis-saħħa qegħdin fit-top 10 tad-dinja" - Il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne

    Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li pajjiża fis-settur tas-saħħa qiegħed mal-ewwel 10 minn fost 200 pajjiż madwar id-dinja. 

    Huwa kompla jgħid li, barra s-saħħa hemm setturi oħrajn li fihom Malta qed tikseb ċertifikati tajbin ħafna. Fost dawn is-setturi huwa semma' t-turiżmu, it-trasport u l-ġid komuni li qiegħed jitqassam fost il-Maltin u l-Għawdxin. 

    Fearne qal li l-Moviment Laburista dejjem emmen fil-Kunsilli Lokali, għaliex dawn huma l-ispina tal-lokalitajiet kollha. "Dan juri kemm l-400 kandidat li se jikkontestaw għall-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali huma għal qalbna." 

    Huwa kkonkluda jappella, "ejja noħorġu nivvutaw... ħalli għal darba oħra nerġgħu nkunu ma' Joseph Muscat." 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0