Kważi 40,000 vot għall-Parlament Ewropew mhux miġburin … u kważi 100,000 vot ieħor għall-Kunsilli

  • Mej 24, 2019 10:11
  • Miktub minn iNews
"

    Jidher li l-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt li ġej se jkollha ammont rekord ta’ voti mhix miġbura, hekk kif dan is-sit jinsab infurmat li ma nġabrux total ta’ 38,737 vot għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Sorsi viċin dan is-sit ikkonferma wkoll li n-numru ta’ voti għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li ma nġabrux laħħaq il-92,398 vot.

    Dan ifisser li l-ammont ta’ voti mhix miġbura għall-elezzjonijiet tal-2019 huwa ammont rekord. Dan hekk kif l-ammont ta’ voti mhux miġbura għall-elezzjoni tal-2014 (21,856 vot) kien kważi n-nofs tal-elezzjoni ta’ din is-sena. L-ammonti ta’ voti mhux miġbura fl-2009 laħaq il-15,862 vot. Sorsi qrib dan is-sit ikkonfermaw ukoll li l-ikbar ammont ta’ voti li ma nġabrux kienu fil-lokaltajiet ta’ San Pawl il-Baħar, is-Swieqi, Tas-Sliema, u Marsaskala, lokalitajiet fejn hemm ammont ta’ residenti barranin. Iktar informazzjoni fil-ħin li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0