Scout ta’ Inter impressjonat b’Helinho

  • Mej 24, 2019 14:18
  • Miktub minn iNews
"

    Xi scouts ta’ Inter jinsabu l-Brażil sabiex jaraw fl-azzjoni diversi plejers li jilagħbu fil-kampjonat tal-pajjiż. Bħalissa l-ogħla diviżjoni Brażiljana għaddejja bil-ħames ġurnata tal-kampjonat u hemm diversi elementi intressanti li qed jispikkaw. B’mod partikolari baqgħu impressjonati bit-talenti li wera l-midfielder offensiv ta’ Sao Paulo Helio Junio magħruf aħjar bħala Helinho.

    Dan il-player għad għandu biss 19-il sena u kapaċi jilgħab ukoll bħala winger. Skawt Neroazzurro kellu ċ-ċans jarah jilgħab fil-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet bejn l-istess Sao Paulo u Bahia. Helinho daħal jilgħab fit-tieni taqsima proprju minflok l-ex player Milanista Pato.

    S’issa Helinho lagħab żewġ logħbiet mat-tim Brażiljan għal total ta’ 58 minuta. Hu kellu ċ-ċans jilgħab ukoll fit-tazza Libertadores kontra Club Atletico Talleres fejn kien viċin li jiskorja.

    Inter jinsabu kunfidenti li jaslu għal ftehim sabiex dan il-player ikun jista’ jilbes il-flokk tagħhom għall-istaġun li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0