Ittra ta’ qsim il-qalb minn tifla ta’ tmien snin li ġiet stuprata minn foster carer

  • Mej 30, 2019 09:01
  • Miktub minn iNews
"

    Tifla ta’ tmien snin kitbet ittra ta’ qsim il-qalb wara li ġiet stuprata minn foster carer fl-Awstralja. Fl-ittra hi tgħid li kienet imdejqa meta għamlet is-sess ma’ dan in-nannu. 

    Dan kien wieħed minn każi ta’ stupru li seħħew f’Armadale f’Perth u li dwarhom jinsab akkużat Desmond Gore ta’ 73 sena. Fil-fatt, Gore qed jiffaċċja 20 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali, fosthom stupru ta’ tlett ibniet ta’ tmien snin.  

    Jidher li Gore kien jabbuża minnhom id-dar tiegħu u li l-każ graw bejn l-2007 u l-2010. 

    Dawn l-abbużi nkixfu wara li ħaddiema fuq il-każ ltaqgħet ma’ kaxxa ta’ waħda fil-vittmi u fiha kien hemm ittra li t-tifla kienet kitbet. It-tifla kitbet li tħossha sigura meta tkun maħbuba, iżda tħossha mdejqa meta tagħmel is-sess man-nannu. 

    Dan l-abbuż fuq it-tifla, li dak iż-żmien kellha tmien snin, seħħ sentejn wara li d-Dipartiment tal-Protezzjoni tat-Tfal irċieva allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali minn tifla oħra li kienet tingħata l-kura minn Gore. L-ewwel tifla tneħħiet mill-kura tiegħu, wara li din qalet lill-mara tiegħu dwar l-abbuż u anke lill-ħaddiema soċjali. Ir-raġel ma ġiex akkużat u d-Dipartiment tal-Protezzjoni tat-Tfal kompla jafdalu t-tfal għall-kura. 

    Quddiem il-Qorti sar magħruf li Gore kien abbuża minn sitt itfal li ħamsa kienu fil-kura tiegħu. Madankollu, hu ġie sospiż minn carer u saret investigazzjoni dwaru meta nstabet din il-kaxxa fl-ittra tal-istupru fiha. 

    Is-sejba ta’ din il-kaxxa wasslet biex it-tifla tgħid dwar dak li ġara lill-ħaddiema soċjali. Fil-fatt, it-tifla stqarret li Gore kien jistupra meta l-mara tiegħu ma kinitx tkun id-dar. Żewġt itfal oħra resqu ‘l quddiem u semmew li anke huma kienu jiġu abbużati minn Gore. 

    Gore dejjem ċaħad l-allegazzjonijiet u qal li dan kien biss gideb u riedu joħdulu l-flus. Hu sostna li ma kellux interess sesswali fit-tfal u argumenta li f’dak il-perjodu hu kien impotenti. Wara puri ta’ tmint ijiem, il-ġurati ddeliberaw għal ġurnata sħiħa u sabuh ħati tal-20 kap ta’ akkuża. Is-sentenza mistennija tingħata għada. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0