Angelina Jolie tappella għall-għajnuna hekk kif eluf ta' Venezwelani jaqsmu fil-Kolombja għal ikel u mediċini

  • Ġun 09, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Eluf ta’ Venezwelani qasmu fil-Kolombja biex jixtru ikel u mediċini wara li l-President Venezwelan Nicolas Madura reġa’ fetaħ il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi li kienet ilha magħluqa għal dawn l-aħħar erba’ xhur.

    Din id-deċiżjoni ttieħdet hekk kif l-istilla ta’ Hollywood Angelina Jolie ħeġġet lill-komunità internazzjonali biex tipprovdi aktar għajnuna lit-tliet pajjiżi li l-aktar qed jilqgħu nies li ħarbu mill-Venezwela. Hija kompliet tgħid li mal-20,000 tifel u tifla Venezwelana jinsabu f’riskju minħabba li m’għandhomx drittijiet bażiċi ta’ ċittadinanza.

    Jolie qalet dan waqt diskors li hija għamlet fil-Kolumbja bħala emissarju speċjali għall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR). Hija tinsab fuq vjaġġ ta’ jumejn biex tiltaqa’ ma’ immigranti Venezwelani li jinsabu fil-pajjiż u anke ltaqgħet mal-President Kolombjan Ivan Duque f’Cartagena.

    Huwa stmat li mal-erba’ miljun refuġjat u immigrant Venezwelan ħarbu mill-pajjiż kaġun tal-kriżi ekonomika u umanitarja li ħakmet lill-pajjiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0