Marlene Farrugia tiċċelebra ma' folla f'kant kontra l-PN … Clyde Puli: “Illum jiżfnu u jifirħu mar-ritmu tal-mibegħda kontrina”

  • Ġun 11, 2019 13:11
  • Miktub minn iNews
"

    “Żiemel ta’ Trojja.” Hekk iddeskriva lid-Deputata tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli wara li ppubblika filmat li fih Farrugia tidher tiċċelebra u xxejjer idejha, waqt li kienet merfugħa minn folla nies f’każin tal-banda li kienu qed jgħajtu kliem mhux xieraq fil-konfront tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista.

    Puli żied jikkummenta li filwżqt li l-PN lill-Partit Demokratiku tahom “il-palk, il-midja u żewġ siġġijiet parlamentari … illum jiżfnu u jifirħu mar-ritmu tal-mibegħda kontrina.”

    Puli kompla jattakka lil Farrugia, u saħaq li “meta ridna nċedu siġġu minn tagħna għall-kap tagħna, riedet tqabbad kandidat tagħha biex tieħdu hi.”

    B'mod ironiku tenna li li “b'din il-mażżra ma' saqajna ridna nipprovaw intejbu l-pożizzjoni tal-PN fl-aħħar xhur”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0