Folla kbira ta' Rabtin tinġabar biex tagħti l-aħħar tislima lil Rennie “Gomez” Azzopardi … “Għandna ħafna x'nitgħallmu mingħandu”

  • Ġun 11, 2019 16:24
  • Miktub minn iNews
"

    “Rennie għamel ħafna ġid.” Hekk saħaq il-konċelebrant fil-qari tal-omelija hekk kif aktar kmieni llum ngħatat l-aħħar tislima lil Rennie Azzopardi, magħruf aktar bħala “Gomez”.

    Rennie kien maħbub sew fost il-komunità Rabtija, hekk kif tixhed il-folla kbira ta’ nies li attendiet bi ħġarha fil-Knisja Ta’ Ġieżu fl-istess lokalità, bin-nies saħansitra jinġemgħu barra l-knisja biex ikunu jistgħu jagħtuh l-aħħar tislima.

    Apparti li kien jipparteċipa f’bosta attivitajiet tar-raħal, Rennie kien magħruf ukoll għas-sehem tiegħu fil-qasam tal-motocross f’pajjiżna.

    Il-konċelebrant saħaq li bosta qiesu l-mewt ta’ Rennie fl-età ta’ 57 sena bħala waħda inġusta, madankollu żied jgħid li għex ħajja kkaratterizzata f’ġesti ta’ solidarjetà fil-konfront tan-nies li żgur se jibqgħu jiftakruh għall-ġid li għamel. Żied jgħid li bil-ġid li għamel, Rennie rnexxielu jiġbed numru konsiderevoli ta’ nies lejn il-knisja. “Għandna ħafna x'nitgħallmu mill-ġid li għamel tul ħajtu,” temm jgħid il-konċelebrant.

    Rennie miet il-Ħadd li għadda, ftit jiem biss wara li għalaq sninu, wara li għamel dan l-aħħar żmien jiġġieled marda kiefra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0