[FILMAT] Chris Bonett iħabbar li se jkun it-tieni kontestant għall-presidenza tal-MFA

  • Ġun 11, 2019 18:29
  • Miktub minn iNews
"

    Chris Bonett mistenni li jkun it-tieni kontestant għall-Presidenza tal-MFA wara li kkonferma li se jkun qed jitfa’ l-kandidatura tiegħu għall-ogħla kariga fl-assoċjazzjoni tal-futbol lokali. Dan wara li aktar kmieni llum Bjorn Vassallo wkoll ħabbar il-kandidatura tiegħu għall-presidenza tal-MFA.

    “Wasal iż-żmien li flimkien niftħu kapitlu ġdid għall-futbol Malti,” saħaq Bonett f’filmat li ppubblika fuq il-profil tiegħu tal-midja soċjali. “Kapitlu fejn l-assoċjazzjoni tal-futbol tinbidel u ssir waħda aktar moderna immexxija bl-aktar mod trasparenti u tħaddan prinċipji kummerċjali.”

    Huwa żied jgħid li wasal iż-żmien li t-tfal jipprattikaw il-futbol bħala professjoni fultajm u jwettqu l-ħolma tagħhom li jkollhom karriera glorjuża.”

    Bonett żied jgħid li wasal iż-żmien li l-klabbs lokali jkollhom l-għodda kollha disponibbli biex ikollhom amministrazzjoni professjonali li jagħtu kampjonati mill-isbaħ u jirbħu fl-Ewropa.

    Tenna li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jippubblika l-proposti tiegħu għall-futur tal-futbol Malti, li se jkun qed isarraf fi pjan fit-tul.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0