Cardona jakkuża lill-Oppożizzjoni li favur l-'istatus quo'

  • Ġun 11, 2019 20:38
  • Miktub minn iNews
"

    Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona akkuża lill-Oppożizzjoni li bid-dikjarazzjoni tagħha li se tivvota kontra l-abbozz ta' liġi li jaħseb għat-twaqqif tal-Avukat tal-Istat trid li jibqa' l-'status quo' eżistenti.

    Huwa rrimarka dan fil-Parlement hekk kif dan kompla jiddiskuti l-liġi li se tifred l-irwol doppju li għandu l-Avukat Ġenerali bħalissa jiġifieri prosekutur u avukat tal-Gvern.

    Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar insista li b'din il-liġi l-Gvern qed ikompli jirriforma s-settur tal-ġustizzja bħalma qed ikompli juri li ma jibżax jagħmel il-bidliet neċessarji.

    Waqt li fakkar li l-Gvern neħħa l-preskrizzjoni, daħħal il-liġi tal-'whistleblower' u anke dik tal-finanzjament tal-partiti issa qed ikompli bir-riformi li qed iwasslu għal konfużjoni fl-Oppożizzjoni.

    Cardona fakkar ukoll li s-sistema eżistenti tal-Avukat Ġenerali tmur lura lejn l-1936 u l-gvernijiet Nazzjonalisti ma bidluhix minkejja li kellhom kull possibilita jagħmlu dan.

    Huwa semma kif kien hemm żmen taħt gvernijiet Nazzjonalisti fejn il-President tar-Repubblika u ħuh kienu jokkupa tnejn mill-ogħla istituzzjonijiet fil-pajjiż.

    Cardona sostna li ż-żmien għad jagħti parir dwar min kellu raġun fuq din il-liġi u nsista li l-abbozz se jkompli jġib ir-riżultati u l-bidliet li hemm bonn biex pajjiżna jibqa' modern.

    Huwa ikkundanna l-attakki tal-PN fuq l-Avukat Ġenerali Peter Grech u nsista li dawn saru bi skop ta' assassinju tal-karattru fuq persuna li qdiet il-funzjonijiet tagħha b'mod impekkabbli u sabet bilanċ fiż-żewġ rwoli li jokkupa.

    Godfrey Farrugia: b'din il-liġi noħolqu mostru

    Id-deputat tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia wissa li jekk tgħaddi din il-liġi se nkunu qed noħolqu mostru.

    Huwa beda biex iddikjara li fl-abbozz hemm taħwida dwar it-terminu Avukat tal-Istat għax l-istat jinkludi wkoll il-Parlament mentri fil-pajjiżi tal-Commonwealth isejħulu l-avukat tal-Gvern.

    Farrugia sostna li l-liġi proposta hija miktuba b'mod fqir u mhux denju ta' kif tinkiteb liġi.

    Id-deputat elett f'isem il-PD saħaq li  se noħolqu struttura tal-pupazzi fejn kollox se jibqa' f'idejn il-Prim Ministru.

    Simon Busuttil: flok pupazz se jkollna tnejn

    L-eks-Kap tal-PN Simon Busuttil sostna li b'dan l-abbozz tal-liġi, li huwa sejħilha “froġa”, minflok pupazz wieħed issa se jkollna tnejn.

    Busuttil iddeskriva din il-liġi bħala anti-Ewropea u akkuża lill-Gvern li qed jagħmel teatrin biha għax il-bidla hija waħda taparsi.

    Huwa sostna li l-pajjiż se jkollu żewġ uffiċċji kontrollati mill-Gvern wara li ħataf kważi l-istituzzjonijiet kollha tal-pajjiż.

    Waqt li qal li għad nerġgħu lura fil-Parlament biex nirranġawha u qal “mark my words”, huwa sostna li fi żmien il-PN l-Avukat Ġenerali ma kienx pupazz tal-gvern.

    Busuttil sostna li l-Avukat Ġenerali missu bagħat lill-Prim Ministru jixxejjer inkella rriżenja imma minflok għamel bħal “ba ba black sheep”.

    Jason Azzopardi: din il-liġi 'shabby' u medjokri

    Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi iddeskriva l-liġi b'diversi aġġettivi fothom “ħemel dras”, “chimera”, “shabby” u “medjokri”.

    Huwa qal li hija miktuba ħażin, għandha kunċetti mgerrfxin u tmur kontra d-duttrina kostituzzjonali aċċettata fil-kontinent Ewropew.

    Azzopardi wissa li f'dan l-abbozz hemm klawsola li tagħmilha possibbli li l-ministru jbiddel il-liġi b'avviż legali.

    Huwa żied li l-Ewropa se tgħidilna li għamilna liġi ħażina u jkollna nemendawha kif se jiġri fuq il-finanzjament tal-partiti.

    Azzopardi kompla li b'din il-liġi l-Prim Ministru se jkollu aktar konċentrazzjoni tal-poteri.

    Edward Zammit Lewis: liġi fid-direzzjoni t-tajba

    Id-deputat Laburista Edward Zammit Lewis iddeskriva din il-liġi bħala waħda fid-direzzjoni t-tajba.

    Huwa irrefera għall-Avukat Ġenerali Peter Grech u waqt li iddeskrivih bniedem tar-rispett sostna li Simon Busuttil mistħu jistħi meta jipprova jirredikolah.

    Waqt li fakkar li l-Avukat Grech inħatar mill-PN, Zammit Lewis qal li huwa jiddubita minn kemm verament il-PN jemmen fir-'rule of law' għax jaċċetta biss dak li jaqbel lilu.

    Id-deputat Laburista faħħar lill-Ministru Owen Bonnici talli f'inqas minn 100 jum mill-pariri tal-Kummissjoni Venezja ħejja din il-liġi li se tkompli mal-miżuri l-oħra fir-riforma tas-settur tal-ġustizzja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0