Waterpolo: Neptunes jirbħu t-Tazza tal-President

  • Ġun 11, 2019 21:47
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    Neptunes ....... 11

    San Ġiljan ..... 11

    (2-4, 2-2, 3-1, 4-4)

    (Neptunes 14-12 bil-pens)

    Iċ-champions Neptunes rebħu t-Tazza tal-President meta għelbu lir-rebbieħa tan-Knock-Out, San Ġiljan, 14-12 bl-għoti tal-penalties wara li din il-finali spiċċat fi draw ta’ 11-11.

    Kienu San Ġiljan li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1 bl-iskorers ikunu Guillermo Molina (2), bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty, ieħor minn Niksa Dobud u minn Matthew Zammit.

    Min-naħa l-oħra Stevie Camilleri u Brguljan wieġbu għal Neptunes.

    Fit-tieni sessjoni, irrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet bl-iskor indaqs ta’ 2-2, b’Matthew Zammit u Guillermo Molina jiskorjaw għall-Ġiljaniżi b’dan tal-aħħar ftit wara jkollu penalty salvat mill-goalkeeper ta’ Neptunes, Alan Borg Cole.

    Min-naħa l-oħra, il-goals għal Neptunes waslu minn Petar Muslim (2).

    Neptunes kienu aħjar fit-tielet sessjoni u merita­tament rebħuha bl-iskor ta’ 3-1 permezz ta’ Darko Brguljan u żewġ penalties ta’ Stevie Camilleri, b’Niksa Dobud iwieġeb għal San Ġiljan. Għaldaqstant kollox kien jiddependi mill-aħħar sessjoni hekk kif l-iskor kien dak ta’ 7-7.

    Iżda l-logħba ma ġietx deċiża l-anqas fir-raba’ sessjoni minħabba li spiċċat 4-4 għal skor finali ta’ 11-11.

    Jordan Camilleri (2) Darko Brguljan u Niki Lan­zon sabu x-xibka għal Neptunes filwaqt li Ben Plumpton, Guillemo Molina, Matthew Zammit u Nik­sa Dobud wieġbu għall-Ġiljaniżi.

    Il-partita kellha tmur għall-għoti tal-penalties, b’Neptunes ikunu huma li jittrijonfaw meta skorjaw tlieta għal wieħed ta’ San Ġiljan.

    Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Niki Lanzon (1), 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Pace, 5-Petar Muslim (2), 6-Darko Brguljan (3), 7-Stevie Camilleri (3), 8-Jordan Camilleri (2), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit, 11-Jake Muscat, 12-Matthias Azzopardi, 13-Benji Busuttil  - Coach: Jovan Popovic

    San Ġiljan:  1-Jake Tanti, 2-Ben Grech, 3-Andreas Ga­lea, 4-Niksa Dobud (3), 5-Guillermo Molina (4), 6-Matthew Zammit (3), 7-Ben Plumpton (1), 8-Kai Dowling, 9-Tristan Said, 10-Darren Zammit, 11-Paul Fava, 12-Dino Zammit, 13-Tho­mas Micallef - Coach: Marko Orlovic

    Referees: Massimo Angileri, Giovanni Lo Dico

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0