Waterpolo: Marsaxlokk jirbħu t-Tazza GĦĠS

  • Ġun 11, 2019 21:50
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    Marsaxlokk................... 13

    Marsaskala..................... 8

    (4-1, 2-5, 3-2, 4-0)

    F’partita  mill-isbaħ u eċ­ċitanti sat-tielet sessjoni, Marsaxlokk għel­bu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 13-8, biex rebħu t-Tazza tal-GĦĠS għat-tielet sena konsekuttiva.

    Marsaxlokk għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u me­ritatament rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1 bil-protagonista tax-Xlukkajri  kien  ir-Russu, Ivan Na­gaev, li skorja l-goals kollha filwaqt li  Jan Culic wieġeb għall-Iskalin.

    Madankollu, fit-tieni ses­sjoni Marsaskala wettqu reazzjoni mill-aqwa u reb­ħuha bl-iskor ta’ 5-2 biex iż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu f’paritá ta’ 6-6. Għall-Iskalin skorjaw Jan Culic, Kendra Navarro, Jake Ciantar u Kristiajn Milakovic (2) filwaqt li  Michael Rizzo u Rainier Scerri wieġbu għax-Xlukkajri.

    Fit-tielet sessjoni, il-partita kompliet tisbieħ u saret waħda nċerta, peró kienu Marsaxlokk li skorjaw tliet darbiet minn Rainier Scerri, Andrija Vlahovic u Stephen Micallef kontra ż-żewġ goals ta’ Marsaskala li waslu minn Kristijan Miakovic u penalty mogħti minn Luca Felice.

    Imbagħad ir-raba’ sessjo­ni kienet dominata mix-Xlukkajri li skorjaw erba’ darbiet min­għajr risposta minn Ivan Nagaev (3) u Keith Galea.

    Marsaxlokk: 1-Ryan Coleiro, 2-Joseph Galea, 3-Matteo Cacici, 4-Julian Rizzo Naudi, 5-Matteo Martellacci, 6-Timothy Agius, 7-Andrija Vlahovic (2), 8-Ivan Nagaev (7), 9-Stephen Micallef (1), 10-Rainier Scerri (1), 11-Otis Zammit, 12-Michael Rizzo (1), 13-Jake Ciantar, 14-Keith Galea (1) - Coach: Joe Cremona

    Marsaskala:  1-Jurgen Mi­callef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli, 4-Malcolm Manara, 5-Max Aquilina, 6-Liam Grixti, 7-Kyle Navarro (1), 8-Kristijan Milakovic (3), 9-Konstantin Averka, 10-Jan Culic (2), 11-Reinhard Attard, 12-Daniel Borg Millo, 13-Jake Ciantar (1), 15-Luca Felice (1)  - Coach: Dorian Pisani

    Referees: Peter Balzan, Riccardo Carmignani

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0