Aġġornat: Ikollhom jinżlu b'sellum wara li s-sid baqa' ma fetaħx... Is-sid aktarx li jitressaq il-Qorti

  • Ġun 12, 2019 13:19
  • Miktub minn iNews
"

    Aġġornata: "Il-kelb qiegħed jiġi salvat... ningħaqdu flimkien kontra l-moħqrija". Dan kien il-kumment tal-persuna li rrapurtat u appellat biex kelb li kien jidher li jinsab f'kundizzjonijiet mhux xierqa ftit minuti wara li bdiet l-operazzjoni ta' salvataġġ.

    Inewsmalta kkuntattjat mill-ġdid lil Montebello li kkonferma li l-kelb se jkun qiegħed jittieħed għat-testijiet neċessarji fejn fost l-oħrajn se jkun qiegħed jiġi eżaminat minħabba nixfa. Huwa qalilna li s-sid se jkun qiegħed jiġi mkellem, iżda kkonferma li l-kelb se jkun qiegħed jiġi kkonfiskat minħabba l-kundizzjonijiet li kien jinsab fihom.

    Mhux eskluż li se jkunu qegħdin jittieħdu passi legali fil-konfront tas-sid li lanqas fetaħ lill-uffiċjali tal-Pulizija li ppruvaw iħabbtulu l-bieb kemm-il darba.

    Qabel: Wara li fil-media soċjali beda jiċċirkola filmat ta’ kelb li jinsab “marbut b’ċinga + ħalqu marbut ukoll”, inewsmalta għamlet kuntatt mad-Direttur tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali Noel Montebello li kkonferma magħna li l-każ qiegħed jittieħed b’serjetà kbira.

    Montebello qal li minkejja li sfortunatament xi kummenti jistgħu jagħtu l-impressjoni li d-Dipartiment jieqaf mal-ewwel intopp, f’dan il-każ għax is-sid baqa’ ma fetaħx, huma jibqgħu jippersistu sakemm jassigguraw li jkunu wettqu xogħolhom u li l-annimal irrapurtat ma jkunx qiegħed jiġi maħqur.

    Qalilna li bħal kull każ ieħor, dan il-każ qiegħed jingħata attenzjoni u appella lill-pubbliku biex meta jiltaqa’ ma każijiet li verament ikunu jindikaw maltrattament ta’ annimali jċemplu fuq 1717.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0