Karozzi ta’ traffikanti tad-droga ħadd ma jrid jixtrihom… qed jinbiegħu barra minn Malta

  • Ġun 12, 2019 17:34
  • Miktub minn iNews
"

    “L-Asset Recovery Bureau u tawni l-ewwel rapport li qatt sar.  Mhux se niġi hawn u ngħid li solvejna l-problema. Ħadt gost nisma bix-xogħol li sar ta’ kif naħtfu l-proprjetà li tkun ġiet miksuba b’mod illegali u nieħdu l-frott ta’ dan.  Ċertu traffikanti tad-droga lanqas biss tipprova tieħu karozza tagħhom għax l-ebda Malti ma jmur jixtriha. Bis-sistemi l-ġodda wieħed qed imur għal bejgħ barra minn Malta u dawn il-flus jiġu lejn pajjiżna. Jekk ix-xogħol se jibqa’ għaddej se naraw titjib sena wara l-oħra.”  Dan ġie dikjarat mill-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonniċi fil-Parlament.

    Intant minn dan ir-rapport jirriżulta li “f’ħames xhur, il-bureau li twaqqaf biex jirkupra flejjes u proprjetajiet li fuqhom tkun ħarget ordni ta’ ffriżar jew sekwestru mill-Qorti f’kawżi kriminali, ħadem fuq 19-il ordni ta’ friżar tal-assi”.

    Il-każi kienu relatati ma’ 13-il każ ta’ droga, ħames każi fuq frodi u każ ta’ kuntrabandu. Il-bureau beda jwettaq il-ħidma tiegħu f’Awwissu tas-sena l-oħra bħala parti mill-istrateġija biex Malta tiġġieled il-ħasil ta’ flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

    Mir-rapport tal-bureau joħroġ li fil-każi investigati kienu involuti 21 persuna. 11-il persuna li kellhom l-assi iffriżati kienu Maltin u għaxra kienu barranin li nofshom kienu Taljani. Jirriżulta li 83% tal-assi li ġew maqbuda b’ordni tal-Qorti kienu assi mobbli li jinkludu flejjes fil-kontijiet bankarji, ishma u bonds, vetturi u dgħajjes waqt li 17% tal-assi maqbuda huma immobbli fosthom bini.

    L-uffiċjali tal-bureau ħadmu wkoll inventarji tal-ġid ta’ persuni li jkunu qed jiffaċċjaw proċeduri kriminali. Dawn iservu biex il-Qorti jkollha stampa ċara quddiemha tal-ġid tal-akkużati u b’hekk tkun tista’ tiddeċiedi jekk tordnax is-sekwestru tal-propjetà u l-flus, jekk ikun maħsub li dawn ikunu ġew minn xi attività kriminali bħal frodi, traffikar tad-droga u ħasil tal-flus.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0