''Ħrafa li dan il-Gvern hu jaħdem bir-remote control mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru''

  • Ġun 12, 2019 17:56
  • Miktub minn iNews
"

    Id-Deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi meta tkellem fid-dibattitu dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Avukat tal-Istat qal li “jien nibqa’ sorpriż kif minkejja li ilna nisimgħu għadd ta’ diskorsi mill-Oppożizzjoni dwar is-saltna tad-dritt, niġu biex nibdew nimplimentaw dawn il-bidliet u fl-ewwel test għall-Oppożizzoni biex mill-kliem tgħaddi għal fatti, din tagħżel li ma tkun man-naħa tal-Gvern. Din turi li għandna Oppożizzjoni li mhix alternattiva għal pajjiżna. Din hi bidla kuraġġuża, li qiegħda tagħti dimensjoni differenti ta’ kif qed isiru l-affarijiet f’pajjiżna.”

    Tenna li “l-avukat tal-Istat għandu rwol sensittiv ħafna. Dan ix-xogħol sa issa kien isir mill-Avukat Ġenerali.  Issa qed għidu li fejn għandu x’jaqsam mal-entita li tagħti l-pariri, din issa se tinqata’ għaliha.  Din il-bidla ma nistgħux inqisuha bħala li qisna se nixgħelu swiċċ. Din għadha bżonn żvilupp. Din hi bidla li se torbot sensiela ta’ bidliet oħra fil-futur.”

    Stefan Zrinzo Azzopardi saħaq li “se jkun hemm l-ħtieġa ta’ aktar riżorsi biex jitħaddmu dawn il-bidliet.”

    “Hi ħrafa li f’dan il-pajjiż donnu kollox jaħdem bir-remote control mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan hu proċess l mexa skont pariri li tat il-Kummissjoni Venezja.  Kienu noqogħdu biss fuq kif jitkellmu ċertu membri tal-Oppożizzjon, qisna ma nistgħu nafdaw lil ħadd. Dan hu l-Gvern li daħħal liġi li numru ta’ għażliet pubbliċi jkunu skrutinizzati mill-Parlament”, sostna Stefan Zrinzo Azzopardi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0