Malta hija eżempju konkret ta’ kif pajjiż għandu jipproteġi lis-sajjieda ż-żgħar

  • Ġun 12, 2019 20:35
  • Miktub minn iNews
"

    Fil-Laqgħa Ministerjali tal-Mediterran tal-GFCM, li qiegħda ssir fil-Marokk, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri stqarr li l-interess ta’ pajjiżna jibqa’ s-sostenibbiltà tal-ħut tal-Mediterran, u li jkunu ssalvagwardajti s-sajjieda ż-żgħar u artiġjanali, jitjiebu l-kundizzjonijiet u jitħares il-futur tagħhom. Huwa qal li flimkien mal-bqija tal-ministri ġedded id-dikjarazzjoni ta’ ħidma favur is-sonstenibbiltà tal-ħut tal-Mediterran, u għalhekk kull pajjiż huwa kommess li jżomm mal-ftehim.

    Hawnhekk, is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri spjega dwar l-importanza ta’ ħidma kollettiva sabiex nipproteġu l-istokkijiet tal-ħut, hekk kif ġie ddikjarat f’Malta stess bid-dikjarazzjoni ‘MedFish4Ever’. Dan filwaqt li esprima li jħossu kburi b’dak kollu li rnexxielna niksbu fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. 

    Is-Segretarju Paramentari Clint Camilleri elenka kif pajjiżna impimenta dak miftiehem u saħaq fuq il-ħidma ta’ pajjiżna li nagħtu l-importanza lill-protezzjoni tas-sajjieda ż-żgħar u artiġjanali, hekk kif il-Gvern Malti stess għamel bil-ħruġ ta’ permessi ġodda għas-sajd tat-tonn għas-sajjieda żgħar li qatt ma kellhom l-opportunità li jidħlu f’dan is-settur. Huwa semma wkoll kif Malta qed taħdem bis-sħiħ flimkien mal-komunità internazzjonali kollha biex tabolixxi sajd illegali.

    Is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar il-qasam tar-riċerka fejn spjega li pajjiżna implimenta d-Data Collection Multiannual Programme li huwa strument sabiex tinġabar data dwar ir-riżorsi tas-sajd fl-ibħra tagħna. Hawnhekk irrefera għal kif pajjiżna kkummissjona studju biex titjieb is-selettività tat-tagħmir tat-tkarkir.

    Huwa fakkar li f’Settembru 2018 pajjiżna laqa’ u mexxa b’suċċess il-konferenza dwar sajd sostenibbli għas-sajjieda ż-żgħar fil-Mediterran u l-Baħar l-Iswed, li wasslet għall-qbil dwar pjan ta’ azzjoni. Dan inkluda fost l-oħrajn li jkunu inklużi s-sajjieda ż-żgħar fit-teħid tad-deċiżjonijiet, li jkunu inkoraġġuti kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol u l-emanċipazzjoni tan-nisa f’dan is-settur. Barra minn hekk, kienu preżentati azzjonijiet sabiex ikun hemm fost l-oħrajn ġbir aħjar ta’ data dwar is-sajjieda ż-żgħar.

    Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju Karmenu Vella sostna li huwa kburi bir-rwol li kellha l-Kummissjoni Ewropea sabiex tiġi ffirmata dikjarazzjoni Ministerjali dwar is-sajd sostenibbli fil-Mediterran lura fl-2017. Huwa qal li din id-dikjarazzjoni għenet sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali, wasslet għall-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni ġodda għal speċi kummerċjali, kompliet issaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd illegali, kif ukoll wasslet sabiex tinbena strateġija għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0