“Tim b’saħħtu… m’hemmx kliem biex niddeskrivu din l-esperjenza“ - Clive Butler u Sammy Grima

  • Ġun 16, 2019 18:42
  • Miktub minn iNews
"

    El Diablo jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat VOOMQUEST Enemed UIM V2 b’55 punt wara li kisbu punti massimi fl-ewwel u t-tielet tellieqa u t-tielet fit-tieni tellieqa.

    It-tielet tellieqa kienet waħda miġġielda ferm tant li El Diablo ħallew lil kulħadd b’ħalqu miftuħ wara li sabu posthom fl-ewwel post wara li Interceptor Remax kien ilhom 12-il dawra fuq quddiem.

    Interceptor Remax jinsabu fit-tieni post tal-klassifika finali wara li kisbu t-tieni post fl-ewwel u t-tielet tellieqa u r-raba post fit-tieni waħda.

    Minkejja li t-tellieqa tal-Ġimgħa ġiet ikkanċellata dan il-kampjonat seta’ jkun xi ħaġa possibbli grazzi għal numru ta’ sponsors fosthom Enemed li jipprovdi il-fjuwil lill-kompetituri kollha.

    Fl-ewwel diskors tiegħu iċ-Ċampjin tad-Dinja għal ħames darbiet u organizzatur Aaron Ciantar qal li dan se jibqa’ mfakkar bħala kampjonat inkredibbli  li fih rajna determinazzjoni kbira, iżda minkejja dan mingħajr inċidenti għax it-timijiet kienu ta’ sostenn għal xulxin meta kien hemm bżonn.

    Min-naħa tiegħu ċ-Ċermen Eżekuttiv ta’ Enemed Kevin Chircop qal li jinsab sorpriż u impressjonat bil-prestazzjoni tas-sewwieqa li qiegħda titjieb minn tellieqa għall-oħra. Huwa żied jgħid li r-rebħ tat-titlu qiegħed ikompli joħloq determinazzjoni akbar fit-timijiet u għalhekk bħala sponsor ewlieni li jissuplixxi lis-sewwieqa kontinwament bi fjuwil iħossu ferm sodisfatt.

    Jean Marie Van Lancker iddeskriviet dan il-weekend bħala l-attività li qiegħda tiġbed l-interess tad-dinja. Hija qalet li tinsab kburija li ma kien hemm l-ebda inċident u li dan ikompli jikkonferma l-professjonalità tat-timijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0