€11,475 għal mara li waqgħet f'tapit ta' bank

  • Ġun 17, 2019 11:42
  • Miktub minn iNews
"

    Il-BOV kien ordnat iħallas kumpens ta' €11,475 lil klijenta wara li din waqgħet f'tapit ġo' fergħa.

    Catherine Seager fetħet il-kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-imsemmi bank b'rabta mal-inċident li kien seħħ fil-15 ta' Lulju 2016 fil-fergħa tan-Naxxar.

    L-anzjana, li dakinhar kellha 83 sena, kisret sieqha tal-lemin u wara li saritilha operazzjoni fl-Isptar Mater Dei laqtet infezzjoni u llum tiddependi fuq binha.

    Il-BOV wieġeb li huwa ma kienx responsabbli għall-inċident u għalhekk ma kellu jagħtiha ebda kumpens.

    Fost il-provi li tressqu quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff kien hemm ix-xiehda ta' Joseph Zammit, il-pulizija li spiss kien ikun għassa mal-bieb.

    Huwa semma kif spiss kien jiġbed l-attenzjoni tar-'receptionist' li t-tapit kien qed jiċċaqlaq bis-saqajn għax kien ħafif u li kien ikollu joqgħod jirranġah diversi drabi.

    Joseph Ricca, il-'manager' tal-fergħa, sostna li l-inċident kien l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu mentri Alfrd Debattista, inkarigat mis-sigurta fil-fergħat tal-BOV, qal li wara li seħħ l-inċident it-tapit tneħħa.

    Quddiem dawn il-provi l-Imħallef Mintoff irrimarka li t-tapit li waqgħet fih Seager “ma kienx it-tapit ideali biex jitpoġġa fl-entratura ta' post pubbliku bħalma huwa fergħa ta' bank li jintuża minn mijiet ta' persuni ta' kuljum”.

    Huwa sostna li l-bank kellu obbligu li jassigura li ebda għamara, apparat jew oġġett ieħor fil-bank ma jkun ta' periklu la għall-ħaddiema u lanqas għall-klijenti.

    Kien għalhekk li żamm lill-BOV responsabbli tal-inċident u meta ġie biex jaħdem l-ammont tal-kumpens qies, fost oħrajn, l-irċevuti li ippreżentat il-klijenta tal-mediċini li xtrat, l-eta tagħha u l-fatt li sofriet diżabilita ta' 2%.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0