€40 miljun għat-tieni pjan strateġiku għat-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika

  • Ġun 17, 2019 12:03
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat, flimkien mas-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, nieda uffiċjalment il-pjan strateġiku għat-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika li jkopri s-snin 2019-2022. Dan it-tieni pjan strateġiku li qed jagħmel is-settur pubbliku huwa mfassal fuq 150 miżura u kollha għandhom timelines speċifiċi.

    Biex jintlaħqu l-miri stabbiliti se jkun qed jiġu investiti xejn inqas minn €40 miljun.

    Il-Prim Ministru fisser il-pjan bħala, “messaġġ li f’dawn l-aħħar seba’ snin saret bidla radikali fis-settur iżda li l-bidla ma tiqafx u s-settur pubbliku se jkompli jkun dinamiku biex iċ-ċittadin dejjem ikun aktar fiċ-ċentru tal-politika ta’ kull miżura li se nħaddmu flimkien.”

    Huwa qal li dak li qed inħabbru llum huwa l-mod kif it-teknoloġija se tkompli żżid l-effiċjenza u t-trasparenza tas-servizz pubbliku. It-tliet snin li ġejjin se jkunu kruċjali f’dan is-settur, bil-Prim Ministru jitkellem dwar l-implimentazzjoni tal-kunċett tal-once only principle fejn klijent jagħti l-informazzjoni dwar u nnifsu lil Gvern darba biss u mhux kull darba li jaċċessa servizz. Huwa qal li din kienet waħda mill-ilmenti prinċipali li ilna nisimgħu dwarha u issa permezz ta’ din l-istrateġija se nkunu bdejna t-triq li b’mod effettiv din tkun xi ħaġa tal-passat.

    “It-teknoloġija DLT tista’ tkun sinjifikanti fl-implimentazzjoni tal-once only principle,” qal il-Prim Ministru. Kien hawn li ħabbar kif fir-riforma tal-liġi tal-kera li se titħabbar fil-jiem li ġejjin, se jkun hemm fiċ-ċentru tagħha l-istess teknoloġija. “Għalija dan hu breakthrough qawwi li tagħti sinjal ċar lill-poplu u tagħmel aktar tanġibbli kif Blockchain tista’ tagħmel differenza u tħaffef prinċipji fil-ħajja ta’ kuljum tan0nies.” Il-Prim Ministru kompla billi ħeġġeġ ukoll lis-servizz pubbliku biex ikompli jesplora aktar kif tista’ tiġi wtilizzata l-intelliġenza artifiċjali. “L-isfida tal-Intelliġenza Artifiċjali hi sfida li se nidħlulha bir-ras u mingħajr ma noqogħdu nibżgħu.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0