Multi eħrex, rwoli ta' site managers u rapport ġeotekniku fost oħrajn … Ara l-emendi proposti għall-Avviż Legali 72/2013

  • Ġun 17, 2019 14:30
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li l-Prim Ministru nhar il-Ħamis li għadda ħabbar li se jkun hemm emendi fl-Avviż Legali 72 tal-2013 fir-rigward tal-evitar ta' ħsara lil proprjetà ta' terzi persuni, Inewsmalta kisbet kopja tal-emendi proposti. Il-proposti fost oħrajn jindikaw li mhux se jibqa’ possibli li site manager “ikun min ikun”. Dan ifisser li issa, site manager irid ikun il-perit stess jew perit ieħor jew persuna kompetenti li għandu l-fiduċja tal-perit.

    L-emendi proposti se jkunu qed jsesiġu wkoll li s-site manager irid ikun preżenti fuq is-sit kull meta jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet fis-sit li jinfluwixxu l-andament tax-xogħol marbut mad-dikjarazzjoni tal-metodu, il-ħarsien tad-drittijet ta’ terzi, il-kwalità li permezz tagħha l-istess xogħol jiġi esegwit u ż-żamma ta’ kordinament ta’ l-istess xogħlijiet.

    Apparti hekk is-site manager irid jiffirma l-method statement u jiddikjara li se jieħu r-responsabiltà li jitolbu r-regolamenti.

    L-emendi jesiġu li f’każ li l-manager tas-sit jinnota kwalunkwe ksur tar-regolamenti, issa għandu obbligu li jinnotifika lill-BRO u lill-perit minnufih, u meta jiġi notifikat b’avviż ta’ nfurzar jara li din l-ordni tiġi osservata billi jwaqqaf l-attività ta’ demolizzjoni, skavar u/jew kostruzzjoni, skont il-każ.

    Il-proposti jisħqu li filwaqt li sal-lum il-kopertura tal-assikurazzjoni m’għandhiex tkun inqas minn €500,000,issa l-kopertura tal-assikurazzjoni m’għandhiex tkun inqas minn €750,000, bil-kopertura trid tibqa’ tiġi mġedda sa dak iż-żmien meta kull xogħol ta’ twaqqigħ, skavar jew kostruzzjoni jiġu ċertifikati bħala kompleti mill-perit inkarigat mill-proġett.

    Il-proposti jgħidu wkoll li jrid jigi sottomess geotechnical design report li għandu jsir wara li jsir geological survey jekk ikun hemm il-ħtieġa. F’dan ir-report, il-perit irid jara minn qabel, fost affarijiet oħra, it-tip ta’ blat, il-ġeometrija tal-blat, jekk il-blat għandux fissuri, l-istrength characteristics tal-blat innifsu u kif qed jaħdem strutturalment il-bini tal-madwar.

    L-emendi propoti jgħidu wkoll li filwaqt li sal-lum, il-multa jekk xi ħadd minn dawk involuti ma josservax ir-regolamenti marbuta mal-method statement tista’ titla għal €500, din issa se titla’ għal €1,200. Il-proposti jgħidu wkoll li filwaqt li sal-lum, il-multa jekk xi ħadd minn dawk involuti ma josservax ir-regolamenti marbuta mal-method statement tista’ titla għal €10,000 din il-multa issa se titla’ għal €50,000.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0