Każin fl-inkwiet wara li bandalora taqa' fuq karozza

  • Ġun 17, 2019 14:43
  • Miktub minn iNews
"

    Imħallef ordna każin tal-banda biex iħallas €1,554 lil kumpanija tal-assikurazzjoni wara li bandalora waqgħet fuq karozza ta' klijenta tagħha.

    Elmo Insurance Limited fetħet il-kawża kontra s-soċjeta Santa Marija u Banda Ġorġ V tal-Imqabba quddiem it-Tribunal għat-Talbiet Żgħar b'rabta mal-inċident li kien seħħ fil-14 ta' Awwissu 2016.

    Hija talbet li titħallas l-ammont li ħallset f'assikurazzjoni wara li bandalora waqgħet fuq il-vettura ta' Carmela Axiaq.

    Il-każin wieġeb li ma kellux tort għax il-mara ipparkjat il-karozza fil-pjazza lejliet il-festa ta' Santa Marija f'zona magħluqa għat-traffiku u sostna li l-bandalora tqaċċtet minħabba r-riħ u mhux bi traskuraġni tiegħu.

    It-Tribunal għat-Talbiet Żgħar ta raġun lis-soċjeta Santa Marija u ċaħad it-talba tal-kumpanija tal-assikurazzjoni li madankollu ħadet il-każ quddiem il-Qorti tal-Appell.

    L-Imħallef Tonio Ellul, li sema l-appell, beda biex irrimarka kif f'dan il-każ ma kien hemm ħadd li ra l-inċident iseħħ.

    Huwa qies kif dakinhar ir-rapport tat-temp kien juru li r-riħ kien moderat u għalhekk ma setax ikun hu waħdu li qaċċat l-antarjol tal-ħadid.

    “Kieku dan kien il-każ, wieħed jifhem li l-istess riħ kien iħalli ħerba sħiħa fil-pjazza u possibilment jikkawża ħsarat oħra fl-istess pjazza u fil-madwar”, huwa sostna.

    L-Imħallef Ellul sostna li jidher biċ-ċar li l-antarjola li tqaċċtet ma kinitx ġdida għax fuqha nstabu sinjali ta' sadid.

    Huwa żied li l-fatt li Axiaq ipparkjata il-karozza tagħha taħt il-bandalora mhux ta' konsegwenza għax ma nġibietx prova li ħalliet il-karozza f'post projbit.

    “Iċ-ċittadin għandu dritt jippretendi li min ikun għamel l-armar tal-festa fit-triq pubblika ikun ħa l-prekawzjonijiet kollha għas-saħħa u sigurta tal-utenti kollha tat-triq”.

    Huwa żied li kien dmir tal-imsemmija soċjeta li tiżgura li l-bandalora kienet f'kundizzjoni tajba li setgħet titwaħħal u ma tkunx ta' periklu għan-nies waqt li semma kif ma nġibietx prova li sar 'risk assessment' dwar l-armar.

    Kien għalhekk li huwa ordna lill-imsemmija soċjeta tħallas lill-kumpanija tal-assikurazzjoni l-ammont li ħarġet biex tikkumpensa lill-klijenta tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0