Il-GWU tiffirma l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tar-REWS

  • Ġun 17, 2019 16:35
  • Miktub minn iNews
"

    Il-General Workers’ Union iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Ilma u Enerġija (REWS). Dan il-ftehim kollettiv huwa wkoll l-ewwel wieħed għal din l-entità ġdida u seħħ wara li l-GWU kisbet ir-rikonoxximent ewlieni wara li l-istess ħaddiema bidlu l-unjin li tirrappreżentahom. Il-ftehim kollettiv huwa għall-perjodu ta’ seba’ snin u hu retro attiv minn Jannar 2017.

    Is-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin qal li dan l-ftehim kollettiv huwa prova ċara ta’ dak li tista’ tikseb il-GWU grazzi għall-ħidma professjonali li twettaq: “Huwa ftehim li mhux biss qed itejjeb il-pagi u l-gradi tal-ħaddiema, iżda wkoll qed jintroduċi għadd ta’ benefiċċji ġodda u kundizzjonijiet ġenerali oħra, li huma skont il-prinċipji u prattiċi li taħdem fuqhom il-Union. Fosthom aktar taħriġ biex il-ħaddiema jkabbru l-ħiliet tagħhom.”

    Waqt l-iffirmar tal-ftehim kollettiv, is-Segretarju tat-Taqsima Kendrick Bondin saħaq li l-iffirmar ta’ dan il-ftehim kollettiv huwa rikonoxximent għall-ħidma tal-impjegati u għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tas-servizz li hu provdut mill-entità: “Bħal Union dejjem emminna li kull dritt iġib obbligu u għaldaqstant dak miksub fil-ftehim kollettiv għandu l-għan li jqarreb il-ħaddiema u l-management biex jiġbdu ħabel wieħed. Is-suċċess fil-ħidma tal-entità jwassal għall-kisbiet aħjar għall-ħaddiema.”

    Il-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi, filwaqt li feraħ lill-ħaddiema tar-REWS li għall-ewwel darba se jkunu rappreżentati mill-GWU, tkellem dwar l-importanza tal-komunikazzjoni fuq il-post tax-xogħol. Huwa qal li huwa sabiħ li l-kumpanija tirrikonoxxi d-drittijiet tal-ħaddiema għax b’hekk, il-ħaddiema jħossuhom parti mill-kumpanija. Qal li d-diskussjoni dwar l-interess tal-ħaddiema bejn l-entità u l-Union hija importanti għax b’hekk biss il-kumpanija tista’ tifhem lill-ħaddiema u b’hekk tkun tista’ ttejjeb il-kundizzjonijiet, skont il-ħtieġa. Huwa żied jgħid li ż-żminijiet qegħdin jinbidlu u llum il-ġunrata iktar qed naraw ħaddiema li jagħtu kontribut lejn ix-xogħol tagħhom u unjins li jiddefendu d-drittijiet tal-ħaddiema.

    Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tar-REWS Marjohn Abela rringrazzja lil GWU għall-ħidma li għamlet biex ikun magħluq dan il-ftehim kollettiv, li huwa l-ewwel wieħed għall-entità l-ġdida: “Grazzi għal dan il-ftehim kollettiv l-entità se tkompli tissaħħaħ u tkompli tikber għall-benefiċċju tal-ħaddiema u klijenti.”

    Il-ftehim kollettiv kien iffirmat f’isem il-ħaddiema mis-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin, u mix-Shop Stewards Sheldon Attard u Lara-Ann Mangion. F’isem r-REWS iffirmaw iċ-Chairman James Camenzuli u l-Kap Eżekuttiv Marjohn Abela. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0