Francesco Totti: “Nippreferi nmut milli nħalli lil Roma iżda ...“

  • Ġun 18, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-leġġendarju ta’ AS Roma, Francesco Totti, kellu kliem iebes għall-amministrazzjoni preżenti li, skondu hu, qed tkisser dak li nbena matul dawn tal-aħħar snin.

    “Il-club ta’ Roma huwa ħajti fejn ilni nservi għal 30 sena u nippreferi mmut milli nħalli lil dan il-club.”

    Fid-diskors tiegħu ma kien hemm l-ebda tama għal futur aħjar. Huwa kkritika lid-diriġenti tal-club fejn sostna li l-president, James Pallotta, ma tantx jimportah mill-club minħabba li wara sena ilu xtara l-ishma kollha u sar is-sid tal-club, huwa jqatta’ aktar żmien fl-Istati Uniti milli fil-belt kapitali Taljana.

    Barra minn hekk Totti sostna wkoll li l-assistent tiegħu, Franco Baldini, “jgħix” f’Londra u qed jaħdem biex ikisser dak li ilu mibni fuq pedamenti sodi u dak kollu li jappartjeni lil Roma u lill-partitarji.

    “Huma jridu jeliminaw lir-Rumani minn Ruma,” qal Totti.

    “Jien qatt ma kelli ċ-ċans nesprimi ruħi. Huma qatt ma involvewni fl-ebda proġett tekniku,” kompla jgħid l-ex captain ta’ Roma.

    Aktar minn hekk, Totti sostna li wara li telaq mill-football, huwa qatt ma kellu l-opportunitá li jitkellem ma’ Pallotta jew Baldini. L-ebda kuntatt ... l-ebda messaġġ ... xejn!! L-anqas meta ltaqa’ diversi drabi ma’ Antonio Conte fit-tenattiv li jkun il-coach tal-club, dawn iż-żewġ persuni għażlu li jinjorawh.

    Totti telaq lil Roma u ġie ttrattat l-istess bħal Daniele De Rossi ftit tal-ġimgħat ilu fejn ġew imċaħħda mill-oriġini u mill-identitá tal-club.

    Iżda Totti qal: “il-presidenti jiġu u jmorru ... iżda l-bandiera tal-club tibqa’ għal dejjem.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0