Pulizija ffaċċjati minn mara għarwiena wara li ħabbtu biex jiċċekkjaw dokumenti ta' immigrant

  • Ġun 18, 2019 11:47
  • Miktub minn iNews
"

    Madwar sitt pulizija li marru jħabbtu bieb ta' dar biex jiċċekkjaw dokumenti ta' immigranti spiċċaw issuttati b'oġġetti mill-mara għarwiena li fetħitilhom il-bieb.

    Il-mara, Isatou Bobb ta' 22 sena mill-Gambja, tressqet fil-Qorti tal-Maġistrati b'rabta ma' dan l-inċident li kien seħħ fil-11 ta' Diċembru 2018 f'Ħal Qormi.

    Il-Pulizija kienet qed tagħmel rondi relatati mal-immigrazzjoni u wara li arrestat immigrant li qalilhom kif id-dokumenti kienu d-dar.

    Meta l-pulizija akkmpanjawh fir-residenza u ħabbtu l-bieb ma fetħilhom ħadd imma wara li wissew lil min kien hemm ġewwa li setgħu jisgassaw il-bieb fetħitilhom it-tfajla li kienet bla ħwejjeġ.

    Hija bdiet tgħajjat magħhom u anke tefgħatilhom xi oġġetti qabel ma kienet immanettjata wara li l-pulizija talbuha tilbes.

    Bobb tressqet quddiem il-Maġistrat Simone Grech fejn fix-xiehda tagħha allegat li l-pulizija attakkawha u ċaħdet li gidmet wieħed minnhom.

    Wara li semgħet ix-xiehda tagħha u tal-pulizija li kienu involuti fil-każ, il-Maġistrat Grech qalet li minn dak li semgħet ħareġ ċar li ma kinietx faċli għall-pulizija li jikkontrollawha.

    Hija sostniet li Bobb mhux biss m'obditx l-ordnijiet tagħhom imma anke aġixxiet b'mod aggressiv.

    Kien għalhekk li waqt li sabitha ħatja li m'obditx lill-Pulizija, li irreżistithom u li kkawżat ġrieħi ħfief fuq il-Kuntistabbli Eman Cilia ikkundannatha sena ħabs u €4,000 multa.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0