“Tiġġudikanix jekk tara lil ibni jitlef il-kontroll waqt is-sewqan... din hija sfida ta' ħafna ġenituri“

  • Ġun 18, 2019 15:18
  • Miktub minn iNews
"

    Omm li binha għandu l-awtiżmu qiegħda xxerred ritratt flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ dak li għaddiet minnu aktar kmieni dalgħodu fi Triq Aldo Moro l-Marsa.

    Binha kien liebes iċ-ċinturin tas-sigurtà fuq in-naħa ta’ wara tal-karozza meta f’daqqa waħda neħħa dan iċ-ċintorin, qabad jgħajjat, jibki u jaqbeż.

    Kompliet tispjega li hi kienet waħdiha miegħu fil-karozza u li ma setgħetx taqbad u twaqqaf. It-tifel kompla b’dan l-atteġjament u b’xi mod saħansitra spiċċa fil-bagoll tal-istess karozza.

    Spjegat ukoll li moħħha kien maqsum fi ħsibijiet li komplew jimlewha bil-biża’. Bejn riedet issib post sigur fejn twaqqaf u fl-istess ħin ma kellhiex tant ħin biex tevita li binha jingiref.

    L-omm tenniet li din tista’ tkun esperjenza qarsa għal mijiet ta’ familji li jinsabu kontinwament ma’ ulied bl-awtiżmu jew l-ADHD fost kundizzjonijiet oħrajn.

    F’appell aħħari hija qalet li meta xi ħadd jiltaqa ma’ dawn il-każijiet għandu jara kif jagħmel biex jgħin u mhux jinħakem mill-kilba tal-mowbajl li sar jegħlibna biex nieħdu ritratti bla ma naħsbu dwar it-tbatijiet u l-konsegwenzi ta’ dawn il-ġenituri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0