“Wara kull numru nara l-pazjent” - Il-President ta’ Malta George Vella

  • Ġun 18, 2019 16:02
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Il-President ta’ Malta George Vella qal li konferenza bħal din tqajjem il-kuxjenza tas-sitwazzjoni imma “fl-istess ħin għandna naraw kif se naslu għal dawn il-vittmi li għandhom il-vizzju ta’ droga u sustanzi illeċiti.”

    Il-President Vella qal lil dan il-ġurnal li wara kull numru u statistika huwa jara l-pazjent, dak il-ġuvni jew il-mara li sfortunatament għal xi raġuni jew oħra jkunu sfaw vittmi ta’ xi sustanza. Huwa qal li hemm bżonn nindirizzaw il-fatt li jekk wieħed ikollu problema ta’ stress jew inkwiet, li m’għandux neċessità biex jieħu d-droga u l-alkoħol għax “mhux talli ma ssolvix il-problema iżda tagħmilha ferm agħar.”

    Huwa sostna li din il-ħidma fil-qasam soċjali hija waħda importanti ħafna u taffettwa s-sistema soċjali tal-pajjiż. Huwa żied jgħid, “jekk tara s-sitwazzjoni minn dak il-lat purament egoistiku tirrealizza li jekk inti għandek bniedem li qed jieħu sustanzi u spiċċa marid, wara kollox trid tkun is-sistema soċjali tagħna li trid tħallas għalih. Ovjament ma narawhix mil-lat li l-pajjiż iħallas għall-kura tagħhom imma huwa importanti li jkollna pajjiż fejn il-poplu jkun b’saħħtu u jikkontribwixxi b’mod tajjeb għall-pajjiż.”

    Il-President Vella qal li hemm bżonn ikun hemm iktar għarfien biex l-individwu jirrealizza li m’hemmx bżonn li jaqa’ għal dak l-istat li jkun dipendenti mis-sustanzi u rrefera għaliha bħala ‘traġedja’ meta wieħed ma jkunx jista’ jikkontrolla. Huwa qal li dawn in-nies għandhom bżonn il-kura u l-attenzjoni biex jerġgħu jieħdu kontroll ta’ ħajjithom lura.

    Il-President tkellem dwar l-importanza li bħala pajjiż inkomplu tassew naħdmu favur aktar għarfien kemm dwar is-saħħa mentali kif ukoll dwar l-abbużi ta’ sustanzi. Rigward dan, huwa bħalissa għaddej b’diskussjonijiet flimkien mal-Kummissarju tas-Saħħa Mentali John Cachia dwar konferenza nazzjonali biex jitqajjem aktar għarfien fuq is-saħħa mentali għax “għandna ammont ta’ nies anonimi li għandhom problema ta’ saħħa mentali imma mhux neċessarjament relatati ma’ problema ta’ droga. Inqajmu aktar għarfien ukoll dwar ir-rabta bejn is-saħħa mentali u li wieħed jirrikorri għal xi sustanza.”

    Ritratti: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0