L-Iran se jikser il-ftehim nukleari fi żmien disat ijiem

  • Ġun 18, 2019 16:38
  • Miktub minn iNews
"

    L-Iran qal li fi żmien disat ijiem oħra se jkun qed jinqabeż l-ammont ta’ uranju msaħħaħ li suppost jaħżen fil-pajjiż. Il-limitu kien ġie impost fil-ftehim nukleari mal-qawwijiet dinjin fl-2015.

    Ix-xahar li għadda dan il-pajjiż kien qal li se jżid b’għaxar darbiet il-produzzjoni tal-uranju msaħħaħ bħa­la ritaljazzjoni għas-san­zjo­nijiet li reġgħet imponiet l-Istati Uniti tal-Amerika. 

    L-uranju msaħħaħ jintuża bħala fjuwil tar-reattur nukleari li minnu jiġi kkreat l-elettriku, iżda dan jista’ jintuża wkoll fl-armi nukleari. Min-naħa tagħhom il-qawwiet Ewropej wissew lill-Iran u qalu li jekk tal-aħħar jikser il-ftehim tal-2015, huma ma jkollhom l-ebda għażla oħra għajr li jerġgħu jimponu s-sanzjonijiet. 

    Ir-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja għamlu minn kollox biex il-ftehim ma jikkrollax wara li l-President Amerikan Donald Trump abbandunah is-sena li għaddiet. 

    Iżda l-Iran qal li tal-ewwel naqsu milli jipproteġu s-settur taż-żejt u dak bankarju tal-Iran mill-effetti tas-sanzjonijiet tal-Istati Uniti. Dawn is-sanzjonijiet qed ikollhom effett devastanti hekk kif it-tkabbir ekonomiku waqaf kompletamnet u l-pajjiż waqa f’riċessjoni. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0