Inawgurata l-ewwel sala rinovata fl-Isptar Mount Carmel

  • Ġun 18, 2019 20:00
  • Miktub minn iNews
"

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura l-ewwel sala rinovata fl-Isptar Mount Carmel, Sala San Ġorġ Preca, biex minn għada tilqa’ fiha 30 pazjent. Ir-rinovar ta’ din is-sala huwa l-ewwel pass minn pjan ta’ ħames snin varat f’Ottubru li għadda u li permezz tiegħu se jkunu rinovati s-swali kollha tal-isptar. 

    Il-pazjenti konċernati huma fil-maġġoranza tagħhom anzjani u għandhom kundizzjoni kemm ta’ saħħa mentali kif ukoll ta’ mard fiżiku, u għalhekk is-sala hija mgħammra b’faċilitajiet li jkopru dawn il-kundizzjonijiet. 

    Id-Deputat Prim Ministru qal li sfortunatament dan l-isptar tħalla għal diċenji sħaħ ta’ snin mitluq, nieqes mill-manutenzjonijiet meħtieġa u nieqes mill-inizjattivi, “imma issa mexjin skont il-pjan imfassal u xahrejn oħra nkunu qegħdin ninawguraw sala oħra biex xahrejn wara ninawguraw it-tielet sala. Sadanittant għaddej il-proċess skont id-direzzjoni mogħtija fl-Istrateġija għas-Saħħa Mentali għas-snin 2020-2030 biex pazjenti li jistgħu jitpoġġew fil-komunità jinħarġu mill-isptar biex jonqos ir-riskju li jiġu istituzzjonalizzati u hekk ikunu jistgħu jgħixu ħajja aktar indipendenti.”

    Sa issa nħarġu mill-isptar 106 resident li tpoġġew f’akkomodazzjoni fil-komunità u b’hekk is-swali li jitbattlu jsir ix-xogħol fuqhom biex jiġu modernizzati u jkunu aktar siguri. Bħalissa għaddej il-proċess biex jinħarġu 24 pazjent ieħor. Id-Deputat Prim Ministru qal li f’nofs Lulju li ġej jitvara l-pjan ta’ 10 snin tal-istrateġija għas-snin 2020-2030 biex tkun intensifikata l-ħidma għal aktar kura għas-saħħa mentali fil-komunità u biex jinbena l-isptar il-ġdid għall-kura akuta tas-saħħa mentali ħdejn l-Isptar Mater Dei.

    “Irrid nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lit-tmexxija ta’ Mount Carmel, lill-professjonisti, lill-infermiera u lill-ħaddiema kollha li minkejja l-kundizzjonijiet li jaħdmu fihom jagħtu kontinwament ħidma professjonali. Fl-istess waqt nirringrazzja wkoll lill-qraba tal-pazjenti li jifhmu ċ-ċirkostanzi li kellna naħdmu fihom”, qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.

    Ritratti: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0