“It-twaqqif tal-iskavar laqat ukoll proġetti fit-toroq“ - Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg

  • Ġun 18, 2019 20:25
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg semma fil-Parlament kif is-sospensjoni temporanja fit-tħaffir u t-twaqqigħ tal-bini affettwat ukoll proġetti fit-toroq.

    Huwa kien qed iwieġeb għal sensiela ta' mistoqsijiet li sarulu mid-deputat Laburista Byron Camileri b'rabta ma' din id-deċiżjoni meħuda mill-Prim Ministru Joseph Muscat wara l-aħħar inċidenti li laqtu binjiet viċin siti ta' kostruzzjoni.

    Borg irrikonoxxa li din kienet deċiżjoni iebsa imma nsista li kien hemm kunsens ġenerali għax kien wasal iż-żmien li tittieħed azzjoni biex kulħadd jifhem ir-responsabbiltajiet tiegħu.

    Waqt li rrikonoxxa li l-industrija tal-kostruzzjoni trid tkompli miexja 'l quddiem, huwa għamilha ċara li dan ma jistax isir b'inkonvenjent u detriment għan-nies.

    Huwa iddeskirva l-avviż legali bir-regolamenti l-ġodda bħala wieħed li “jikkristalizza” ir-responsabbiltajiet li għandhom dawk kollha involuti fil-qasam tal-kostruzzjoni.

    Kien hawn li Borg semma kif is-sospensjoni tal-iskavar affettwat ukoll xogħlijiet fit-toroq fejn madankollu ċċara li dan fir-rigward ta' xogħol viċin binjiet waqt li dawk li mhux viċin ir-residenzi qed jiġu eżentati ftit ftit biex ix-xogħol ikun jista' jkompli.

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali semma wkoll kif anke l-mollijiet għaddejjin minn proċess ta' eżenzjoni fejn il-periti jridu jikkonfermaw li m'hemmx binjiet ta' nies fil-viċinanzi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0