Korruzzjoni: Michel Platini rilaxxat mill-arrest

  • Ġun 19, 2019 00:48
  • Miktub minn iNews
"

    L-ex president tal-UEFA, Michel Platini, ġie rilaxxat mill-arrest wara sigħat ta’ mistoqsijiet b'konnessjoni ma' investigazzjoni kriminali dwar l-għoti tat-Tazza tad-Dinja tal-2022 lil Qatar.

    Il-leġġendarju Franċiż li kien fit-tmexxija tal-federazzjoni Ewropea mill-2007 sal-2015, nhar it-Tlieta li għadda ġie arrestat mill-pulizija Franċiża ta' kontra l-korruzzjoni li investigat l-allegat każ ta' korruzzjoni dwar il-vot li sar fl-2010, biex  il-pajjiż tal-Qatar jingħata l-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022.

    Platini ċaħad dawn l-allegazzjonijiet bil-qawwa kollha u stqarrija maħruġa mir-rappreżentanti tiegħu kienet  tgħid li l-fatti tal-każ kien totalment ġodda għalih.

    Fis-sigħat bikrin ta' nhar  l-Erbgħa, l-avukat ta’ Platini, William Bourdon, qal li l-klijent tiegħu ġie meħlus u żied jgħid ukoll li sar ħafna għagħa għal xejn.

    Platini, li għandu 63 sena, deher kalm ħafna meta ħareġ mill-għassa tal-pulizija, f'Nanterre, fis-subborg tal-punent ta' Pariġi.

    Meta ġie avviċinat mill-ġurnalisti, Platini qal: "Ġejt mistoqsi fuq ħafna affarijiet - dwar il-Euro 2016, it-Tazza tad-Dinja fir-Russja, it-Tazza tad-Dinja fil-Qatar ...

    "Ninsab kalm ħafna ... u b'kuxjenza safja. Il-pulizija għandhom id-dritt li jistaqsu li jridu. Peró daqstant ieħor jien ninsab kalm."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0