Ġeologu jinsisti li t-test ġeoloġiku jkun obbligatorju

  • Ġun 19, 2019 09:50
  • Miktub minn iNews
"

    Il-ġeologu Peter Gatt għadu qed jinsisti li t-testijiet ġeoloġiċi f'siti ta' kostruzzjoni għandhom ikunu obbligatorji.

    Gatt esprima d-diżappunt tiegħu li r-regoli l-ġodda mħabbra fil-bidu ta' din il-ġimgħa dwar kif għandu jsir ix-xogħol f'siti li qed jinbnew eliminaw il-bżonn tat-test ġeoloġiku li kien hemm fil-liġi tal-2013.

    Huwa jsostni li r-regoli l-ġodda jisħqu li għandu jsir rapport ġeo-tekniku imma jisħaq li dan jista' jsir mill-perit minn fuq l-iskrivanija tiegħu mentri rapport ġeoloġiku jeħtieġ li xi ħadd li jaf in-natura tal-ġebla jmur fuq il-post.

    Gatt iżid li waqt li l-ġeo-tekniċi jagħmlu t-testijiet huma l-ġeologi li jinterpretaw l-ġeoloġija tal-blat.

    Huwa jwissi li l-eliminazzjoni tal-investigazzjoni ġeoloġika se tagħmel il-proprjeta ta' terzi aktar vulnerabbli.

    Gatt jinsisti li dak li kien hemm bżonn kien it-tisħiħ tal-klawsola fil-liġi li ssejjaħ għal investigazzjoni ġeoloġika mhux l-eliminazzjoni tagħha.

    Il-pubbliku għand ċans sal-21 ta' Ġunju biex iressaq il-kritka jew proposti għal dawn ir-regoli qabel mal-ġimgħa d-dieħla l-Gvern mistenni jiddeċiedi fuq dawk li se jidħlu fis-seħħ.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0