Xalata ta’ Mużika Taljana f’Kunċert Speċjali

  • Ġun 20, 2019 11:15
  • Miktub minn iNews
"

    Grande Serata Italiana - Kunċert ta' Kanzunetti u Siltiet Operistiċi Taljani 

    Kunċert ieħor organizzat mis-St Paul Chamber Ensemble, orkestra li llum-il ġurnata m’għandha bżonn ebda introduzzjoni u li tiġbor fiha uħud mill-aqwa mużiċisti u kantanti lokali. Għal darb’oħra l-orkestra se tagħti preżentazzjoni ta’ kalibru għoli b'repertorju li mhux biss huwa ta’ pjacir għall-udjenza iżda wkoll magħżul speċifikament biex ikompli jsaħħaħ il-kapaċitajiet tekniċi tal-orkestra.

    Wara l-kunċerti ta' suċċess fix-xhur li għaddew, l-orkestra ser tkompli l-programm tagħħa għal din is-sena b’kuncert imżewwaq b’għażla ta’ siltiet varji li jinkludi arji Taljani magħrufa u kanzunetti Naplitani li żgur se jkunu apprezzati mill-udjenza preżenti. Il-kunċert orkestrali u vokali se jsir għada l-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju, ġewwa Montekristo Estate fit-8.30pm. 

    Grande Serata Italiana - Lejla mimlija mużika, kant, ikel, xorb u premjijiet, bil-qliegħ tas-serata jmur b’risq iċ-Ċentru Mediku tal-HopeXchange fil-Ghana. Taħt id-direzzjoni ta’ Mro Mark Agius, il-ħamsin mużiċist se jtellgħu xogħlijiet popolari klassiċi u strumentali, filwaqt li jakkumpanjaw il-kantanti lokali stabbiliti, Karen Gatt Darmenia (Soprano), Frances Catherine Farrugia (Soprano) , Joseph Aquilina (Tenur) u Ivan Vella (Baritonu). 

    Uħud mix-xogħlijiet se jkunu akkumpanjati mill-kor residenti tal-orkestra, Anacrusis. Ir-repertorju se jinkludi xogħlijiet klassiċi li jinkludu O Sole Mio, Funiculi Funicula, Duetto Buffo di due Gatti, Largo Al Factotum u Nessun Dorma fost l-oħrajn. 

    Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn MonteKristo fuq 22033000, Higher Grades Attard jew mill-Aministrazzjoni tal-Orkestra fuq-7995 0507.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0