Il-100 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Ħal Qormi

  • Ġun 21, 2019 20:24
  • Miktub minn iNews
"

    Din is-sena timmarka l-100 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Ħal Qormi, li ta' min jgħid li huwa l-ewwel kumitat tax-xorta tiegħu f'pajjiżna.

    Għaldaqstant, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' dan l-anniversarju importanti, il-Kumitat Festi Esterni se jkun qiegħed itella' kunċert vokali u strumentali bis-sehem tal-Orkestra.

    Dan il-kunċert se jittella' nhar il-Ġimgha 21 ta' Ġunju, fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta' San Ġorġ Martri Ħal Qormi fit-8:00 p.m.

    Dan il-kunċert se jkun taħt il-patroċinju tal-Wisq Rev. Kan. Brendan Mark Gatt, Vigarju Ġudizzjali tat-Tribunal Metropolitan ta’ Malta.

    L-Orkestra tkun taħt id-direzzjoni ta' Mro Mario Testa, bis-sehem tas-Sopran Rosabelle Bianchi, il-Mezzo Sopran Connie Francis Zerafa, it-Tenuri Francis Mangion u Edmond Apap, il-Baxx Albert Buttigieg, flimkien mal-Kor Bel Canto.

    Dan il-kunċert qed isir bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali Qormi.  

    In-nies huma mitluba li jkunu f'posthom sas-7:30pm.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0