Jerġa’ jitressaq il-Qorti fuq serq

  • Ġun 24, 2019 15:53
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel mil-Litwanja, li jinsab arrestat fuq numru ta’ serqiet, tressaq għal darba oħra fil-Qorti fejn ċaħad akkużi ta’ serq wara li l-Pulizija rnexxielha ssib aktar evidenza li torbtu ma’ serqa oħra.

    Valdas Martinaitis ta’ 28 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella akkużat b’serq aggravat bi vjolenza, li tindika li aktar minn persuna waħda kienet involuta, u b’konfoffa kriminali. Ir-reat allegatament seħħ f’Novembru tal-2018.

    Fil-Qorti ngħad li numru ta’ dokumenti relatati ma’ transazzjonijiet finanzjarji nstabu fuq il-mowbajl tal-akkużat taħt l-isem Mamardashvili, iżda n-numru kien jaqbel ma’ dak tiegħu. 

    Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u baqa’ jinżamm arrestat.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Mercieca u Shawn Pawney filwaqt li l-Avukat Edward Gatt deher għall-akkużat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0