Temm il-ġimgħa b’mod avventuruż

  • Ġun 24, 2019 15:43
  • Miktub minn iNews
"

    Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal serata avventuruża f’Għar Dalam li tinkludi żjara bi gwida fl-eqdem sit preistoriku f’Malta u fil-villa Rumana Ta’ Kaċċatura biċ-ċisterna tagħha, numru ta’ raddet ir-roti u oqbra antiki, li kollha jinsabu f’dan l-ambjent seren.

    Wara din iż-żjara, il-parteċipanti se jkunu jistgħu jduqu ikel tipiku Malti, fosthom torti tal-fenek li f’din il-ġurnata kienu tradizzjonalment jittieklu fil-ġonna tal-Buskett, ir-Rabat, fejn il-Maltin kienu jinġabru biex jiċċelebraw il-festa ta’ San Pietru u San Pawl, magħrufa bħala Mnarja. Il-parteċipanti jistgħu jagħżlu li jqattgħu lejla reqdin taħt l-istilel, inkella ġewwa l-mużew. Fil-għodu se jiġi servut xi ftit ikel ħafif.

    Din l-attività hija adattata għall-familja kollha u hija l-mod ideali ta’ kif wieħed itemm il-ġimgħa f’rilass totali f’ambjent naturali frisk u intriganti filwaqt li jissoċjalizza u jagħmel ħbieb ġodda.

    Dawk li se jipparteċipaw f’din l-attività għandhom jilbsu żraben komdi u jġibu magħhom sleeping bag, kutra jew xi kamp ċkejken.

    L-avveniment jibda l-Ġimgħa, 28 ta’ Ġunju fis-6.30pm u jintemm s-Sibt fil-għodu fit-8.00am.

    Prezz: €25 għall-adulti, €20 anzjani u studenti, u €15 Membri ta’ Heritage Malta u tfal. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta jew online.

    Għal aktar informazzjoni, żur is-sit www.heritagemalta.org 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0