“Nara l-‘webcams’ u ma narax kjuwijiet għall-vapuri“ - Justyne Caruana

  • Ġun 24, 2019 19:39
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana irrimarkat kif hija tidħol fil-‘webcams’ tal-portijiet u m’għadhix tara l-kjuwijiet li kien ikun hemm fiċ-Ċirkewwa u l-Imġarr għall-vapur tal-Gozo Channel.

    Hija rrimarkat dan waqt li kienet qed twieġeb mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni dwar ir-raba’ vapur tal-kumpanija li beda jopera fl-aħħar jiem.

    Caruana spjegat kif ma kienx faċli li jinsab vapur fis-suq li jkun adattat għaċ-ċirkostanzi ta’ pajjiżna għax m’hemmx vapuri bħal dawk li nużaw fostna.

    Hija semmiet kif ir-raba’ vapur ġie mikri għal sitt xhur u t-tender għall-kirja fit-tul tiegħu tinsab għand id-Dipartiment tal-Kuntratti.

    Caruana qalet li r-raba’ vapur għamel differenza kbira tant li l-vjaġġi bejn iż-żewġ gżejjer żdiedu b’16 kuljum u fejn qabel kien ikun hemm min ġieli jistenna s-siegħat issa dan m’għadux il-każ.

    Il-Ministru għal Għawdex żiedet li l-vapur għandu kapaċita enormi u bi vjaġġ wieħed kapaċi jgħabbi lil kulħadd waqt li ċaħdet li jagħmel l-istorbju kif allegaw membri tal-Oppożizzjoni.

    Hija semmiet kif bir-raba’ vapur il-Gozo indirizzat kemm iż-żieda kif ukoll il-bidla fil-flotta u fakkret kif dan kien importanti hekk kif is-sena li għaddiet il-kumpanija ġarret mas-sitt miljun passiġġier.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0