Tazza tad-Dinja tas-Snooker: Il-Maltin jibdew b’telfa ta’ 3-2 kontra l-Isvizzera

  • Ġun 25, 2019 00:51
  • Miktub minn iNews
"

    Fil-belt ta’ Wuxi, fiċ-Ċina, bdiet tintlagħab it-Tazza tad-Dinja tas-Snooker li fiha qed jieħdu sehem 24 team biċ-Ċina jkol­lhom tnejn bħala l-pajjiż organizzatur.

    It-team Malti, li huwa kompost minn Alex Borg u Brian Cini (ritratt), li jinsab fi Grupp D flim­kien ma’ Wales, iċ-Ċina B, l-Awstralja, l-Indja u l-Isvizzera, safa megħlub mill-Isvizzera bl-iskor ta’ 3-2.

    Kienu l-Maltin li kellhom bidu tajjeb meta rebħu l-ewwel frame 110-12 inkluż break ta’ 50, iżda tliet frames wara xulxin bil-punteġġi ta’ 73-41, 72-19 u 72-12, raw lill-Isvizzera jagħmlu l-iskor 3-1 favur tagħhom permezz ta’ Alexander Ursenbacher u Luis Vetter. Il-ħames frame rebħuh il-Maltin, 64-56. Illum Borg u Cini se jiltaqgħu kontra ċ-Ċina B.

    Fiż-żewġ logħbiet l-oħra mill-istess grupp kienu Wales u ċ-Ċina B li ħarġu rebbieħa fejn tal-ewwel bil-players Mark Williams u Ryan Day, warrbu l-isfida tal-Indja meta għel­buhom 4-1.

    Huma fetħu vantaġġ ta’ 4-0 b’żewġ century breaks ta’ 110 fl-ewwel frame u 134 fit-tielet bl-Indja ffurmati minn Himanshu Jain u Lucky Vatnani jirbħu l-aħħar frame, 75-50.

    Min-naħa ta’ Ċina B huma kienu tajbin wisq għall-Awstralja meta għelbhuhom bl-iskor massimu ta’ 5-0 fejn l-iktar li marru viċin dawn tal-aħħar kien fit-tieni frame li ċ-Ċiniżi, Zhou Yeulong u Liang Wenbo, rebħuh 64-57.

    It-team Awstraljan huwa ffurmat mill-Malti/Awstraljan, Steve Mifsud, u Ryan Thomerson.

    Fi Grupp A huma ċ-Ċina A li rebħu 4-1 meta Ding Junhui u Yan Bingtao ltaqgħu kontra l-Ġermanja bit-team Simon Lichtenberg u Lukas Kleckers.

    Iċ-Ċiniżi rebħu l-ewwel erba’ frames bi breaks ta’ 51, 73, 104 u 83 bil-Ġermaniżi jirbħu l-aħħar wieħed 62-46.

    In-Norveġja ta’ Kurt Maflin u Christopher Watts dawru telfa f’rebħa kontra l-Tajlandja ta’ Thepchaiya Un-Nooh u Noppon Saengkham meta wara li dawn rebħu l-ewwel żewġ frames bi break ta’ 89 fit-tieni, kienu n-Nor­veġiżi li rebħu t-tliet frames ta’ wara u l-logħba.

    Anke l-Awstrija għelbu lill-Polonja 3-2 f’logħba missielta fejn l-aħħar frame rebħuh bi break ta’ 73.

    Fi Grupp B, kien hemm rebħiet għall-Irlanda ta’ Fuq, l-Ingilterra u l-Iran fejn tal-ewwel b’Mark Allen u Jordan Brown, għelbu lis-Sawdi Arabja ta’ Omar Alajlani u Ahmed Aseeri 4-1, fejn wara li fetħu vantaġġ ta’ 3-0, is-Sawdi rebħu r-raba’ frame bi break ta’ 61 bl-Irlandiżi jagħmlu break ta’ 87 fl-aħħar wieħed.

    L-Ingilterra b’Kyren Wilson u Jack Lisow­ski fit-team, kellhom jitħabtu biex rebħu 3-2 kontra Hong Kong fejn wara li rebħu l-ewwel frame, tilfu t-tnejn ta’ wara, iżda ħadu t-tnejn li kien imiss u l-logħba fejn għamlu breaks ta’ 52 u 72 u t-telliefa wieħed ta’ 95.

    Ir-referee ta’ din il-logħba kien il-Malti,   Terry Camilleri.

    Il-logħba bejn l-Iran u l-Irlanda damet sejra żmien mhux ħażin meta ntemmet fis-1.45 am ħin taċ-Ċina, fejn il-koppja Hossein Vafaei u Soheil Vahedi ssuperaw lil dik Irlandiża ffurmata minn Ken Doherty u Fergal O’Brien meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2.

    It-tliet logħbiet minn Grupp C kollha ntemmu bl-iskor ta’ 4-1 fejn John Higgins u Stephen Maguire rebbħu lill-Iskozja kontra Ċipru fejn kisbu rebħa faċli b’dawn jirbħu t-tielet frame 65-50 u fl-erba’ frames l-oħra għamlu 47 punt biss u għalhekk Michael Georgiou u Antonis Poullos bdew fuq nota negattiva.

    Il-Belġju ta’ Luca Brecel u Ben Mertens kienu 4-0 minn fuq bi breaks ta’ 58 u 51 bl-Emirati Għarab Magħquda magħmula minn Mohamed Shehab u Mohammed Al Joaker jagħmlu 51 fil-frame li rebħu.

    Fil-logħba l-oħra mill-istess grupp l-Iżrael warrbu l-isfida tal-Malasja fejn anke huma fetħu vantaġġ ta’ 4-0 bi breaks ta’ 53 u 69 waqt li l-Malasjani, Thor Chuan Leong u Moh Keen Hoo, rebħu l-aħħar frame.

    Ir-rebħ tal-frames alterna minn team għall-ieħor fejn bdew tajjeb l-Iran u għalqu tajjeb ukoll bl-uniku frame tal-logħba, 68, jagħmluh huma f’dak li ddeċieda fejn tmur ir-rebħa.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0