Sena ħabs għal Max Ciantar

  • Ġun 25, 2019 09:32
  • Miktub minn iNews
"

    Max Ciantar kien ikkundannat sena ħabs hekk kif instab ħati li allega li ġie msawwat mill-Pulizija meta dan ma kienx minnu.

    Kien fit-28 ta' Mejju 2017 meta Ciantar, li għandu 29 sena u joqgħod il-Marsa, twaqqaf mill-Pulizija fil-Marsa biex jiċċekkjawlu l-liċenzja tas-sewqan.

    Għall-ewwel deher kalm imma aktar ma għadda l-ħin aktar beda jġib ruħu aggressiv u għalhekk il-pulizija immanettjawh.

    Kien waqt li qed jiġi immanettjat li beda jgħajjat u jgħid lin-nies li kienu għaddejjin li kien qed jiġi msawwat.

    Tfittxija fil-vettura wasslet biex il-Pulizija sabet ammont ta' kannabis li Ciantar qal li kienet għall-użu personali.

    Huwa ttieħed l-għassa tal-Ħamrun fejn baqa' jaġixxi b'mod aggressiv u għalkemm il-pulizija riedu jeħduh il-poliklinika għall-ġrieħi li kellu ma riedx.

    Ciantar tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati fejn instab ħati li allega li seħħ reat meta kien jaf li dan ma kienx minnu.

    Il-Maġistrat Joseph Mifsud irrimarka li mill-provi rriżulta li Ciantar ipprova joħloq feriti fuqu biex jagħti l-impressjoni li kien issawwat mill-Pulizija.

    Huwa semma kif Ciantar beda jilwi jdejh waqt li kien bil-manetti biex iweġġa' lilu nnifsu u fl-għassa beda jħabbat rasu mal-ħajt.

    Il-Maġistrat Mifsud sostna li dawn il-fatti, flimkien mal-fatt li Ciantar ma riedx imur il-poliklinika, jindika li għamel hekk bi skop partikolari jew aħjar li jitfa' dell iktrah fuq l-uffiċjali tal-pulizija li kienu arrestawh.

    Kien għalhekk li ikkundannah sena ħabs fejn irrimarka li din kienet il-massimu li seta jagħtih.

    Il-Maġistrat Mifsud wissa wkoll kontra min jipprova jfarrak lil ħaddieħor bl-allegazzjonijiet tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0