L-Air Malta tibda servizzi skedati lejn Varsavja

  • Ġun 25, 2019 12:40
  • Miktub minn iNews
"

    L-Air Malta bdiet topera titjira ta’ darba f’ġimgħa kull nhar ta’ Sibt lejn Varsavja. Din ir-rotta ser topera sad-19 ta’ Ottubru.

    “Varsavja hija l-ewwel servizz skedat li qed nintroduċu dan is-sajf. B’din id-destinazzjoni staġjonali għandna ħarsitna fuq is-suq Pollakk bil-possibbiltà li nestendu dan is-servizz aktar skont id-domanda. Wara li żidna 21 rotta ġdida s-sena li għaddiet, dan is-sajf ikkonċentrajna fuq iż-żieda tal-frekwenzi lejn destinazzjonijiet stabbiliti. Madankollu qed inżidu wkoll tlett rotot li jinkludu l-Kajr, Tbilisi u Ibiza. Ix-xahar ta’ Ġunju huwa wieħed mill-aktar xhur impenjattivi tagħna u bi 42 rotta minn fejn tagħżel, issa qed niżguraw li noffru lill-klijenti tagħna, destinazzjonijiet eċċellenti bi prezzijiet ta’ valur għal flushom,” qal il-Kap Eżekuttiv talAir Malta, il-Kapt. Clifford Chetcuti.

    L-iskeda tat-titjira ser topera kull nhar ta' Sibt bi tluq minn Malta fid-08.55 a.m. u tagħmel il-wasla tagħha f'Varsavja f'11.40 a.m., filwaqt li t-titjria tar-ritorn se tkun qed titlaq minn Varsavja fin-12.30 p.m. u tasal Malta fit-3.20 p.m.

    Il-klijenti jistgħu jibbukkjaw it-titjiriet minn www.airmalta.com jew billi jċemplu liċ-Ċentru Telefoniku tal-Air Malta fuq +356 21662211, lilluffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew minn Aġenti tal-Ivvjaġġar f’Malta u fil-Polonja. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0