“Jekk jagħtik €10,000 biex ma tixhidx?” … Allegat attentat ta' tixħim biex raġel ma jixhidx kontra Jordan Azzopardi

  • Ġun 25, 2019 14:32
  • Miktub minn iNews
"

    Mara li kienet toħroġ mal-allegat traffikant ta’ droga Jordan Azzopardi kitbet sensiela ta’ mistoqsijiet fuq biċċa karta biex dawn jaslu għand xhud bil-għan li tikkonvinċih ma jixhedx fil-qorti.

    Dan instema’ llum fil-qorti hekk kif kompla l-każ ta’ Azzopardi li qed ikun akkużat bi traffikar ta’ droga u nqabad f’rejd li saret mill-pulizija.

    “Għandek WhatsApp ħalli nkun nista’ nikkuntattjak minħabba li aktar sigur b’dak il-mod?” il-mara allegatament kitbet fuq il-karta li kellha titwassal lix-xhud minn persuna oħra.

    “Xi nfaqt fil-Pietà?” kitbet il-mara hekk kif saret referenza għal proprjetà fil-Pietà li kienet fil-mira tar-rejds tal-Pulizija qabel l-arrest ta’ Azzopardi. “Jekk jagħtik €10,000 ma tixhidx?”

    Fix-xhieda tiegħu l-Ispettur Mark Anthony Mercieca qal li l-mistoqsijiet kienu intiżi għal Luke Vella, eks-klijent ta’ Azzopardi.

    Il-mara, li hija wkoll omm ta’ ħamest itfal, kienet arrestata wara li Vella kixef l-allegat attentat ta’ tixħim meta kien ta x-xhieda tiegħu nhar it-13 ta’ Ġunju li għadda.

    Il-kumpilazzjoni mistennija li tkompli x-xahar li ġej.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mark Anthony Mercieca u Justine Grech, u l-avukat Anne Marie Cutajar mill-Uffiċċju għall-Avukat Ġenerali, filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għall-akkużati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0