“Jekk ma nagħmlu xejn la se jkun hemm partit u lanqas demokrazija, għax se nitilfuhom it-tnejn” - Ivan Bartolo

  • Ġun 25, 2019 16:19
  • Miktub minn iNews
"

    “Jekk ma nagħmlu xejn la se jkun hemm partit u lanqas demokrazija, għax se nitilfuhom it-tnejn li huma u se nispiċċaw one party state.” Hekk saħaq l-eks kandidat għat-tmexxija u membru mill-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ivan Bartolo f’konferenza tal-aħbarijiet quddiem id-Dar Ċentrali tal-PN f’Tal-Pietà.

    Bartolo saħaq li fid-dawl tal-“agħar telfa elettorali lill-PN mill-Indipendenza ’l hawn” wieħed irid jagħmel il-mistoqsija dwar “x’inhu l-aħjar?”

    Tenna li jekk wieħed jibqa’ ma jgħamnel xejn allura hemm riskju li fi żmien ftit ieħor mhux se jkun hemm Partit x’wieħed jista’ jsalva, u lanqas demokrazija.

    Żied jgħid li t-tmexxija preżenti tal-partit kissret wisq pontijiet ma’ faxex sħaħ tal-elettorat li dejjem kienu jivvotaw lill-PN u li mingħajrhom il-partit ma jista’ qatt jirbaħ elezzjoni.

    Filwaqt li qal li “din mhux kwistjoni ta’ min hu ma’ Adrian Delia jew kontrih”, Bartolo staqsa jekk fl-eżitu tar-riżultat fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, Delia għandux jerfa’ r-responsabbiltà politika u jirriżenja.

    Saħaq li f’temp ta’ jumejn inħabru 200 firma, “jiġifieri aktar mill-150 firma meħtieġa mill-istatut tal-partit biex jitlaqqa’ kunsill Ġenerali u sabiex titressaq proposta għal vot.”

    Filwaqt li qal li se jkun qed jippreżenta din il-petizzjoni qal li jinsab konvint li l-PN għandu bżonn jibda paġna ġdida, bi tmexxija li tassew tgħaqqad u li ġġib il-bidliet li hemm bżonn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0