[FILMAT] Jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-faċċata tat-Tramuntana tal-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun

  • Ġun 25, 2019 19:00
  • Miktub minn Claudio Coleiro
"

    Id-Direttorat tar-Restawr li jaqa’ fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, beda x-xogħlijiet fuq il-faċċata tat-Tramuntana tal-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun, liema xogħlijiet mistennija li jitlestew sal-aħħar ta’ Diċembru, b’investiment ta’ €150,000. Il-proġett issa daħal fit-tieni fażi tiegħu hekk kif is-sena l-oħra ġew restawrati 890 metru kwadru tal-faċċata tan-Nofsinhar.

    Fi żjara li għamel fuq il-post, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li, “id-Direttorat tar-Restawr bħalissa għaddej b’għadd ta’ proġetti biex jirrestawra binjiet storiċi li jinsabu madwar Malta, speċjalment dawk li għandhom sinjifikat storiku kbir. Il-lokalitajiet tagħna huma mimlija b’binjiet u monumenti stratordinarji li huma xempju tal-istorja u l-kultura tagħna, u għandhom rwol intrinsiku fl-iffurmar tal-identità tagħna bħala Maltin. Permezz tar-restawr u konservazzjoni, mhux biss qegħdin nonoraw il-wirt tagħna, imma nistgħu niżguraw aktar aċċessibbiltà, speċjalment għal ġenerazzjonijiet futuri.”

    Huwa tenna li d-Direttorat tar-Restawr diġà ħadem f’70% tal-lokalitajiet tagħna, u rringrazzja lid-Direttorat u l-ħaddiema tal-isforzi tagħhom biex jirriġeneraw il-lokalitajiet tagħna u jpoġġu fuq quddiem l-importanza li jġorru magħhom dawn il-postijiet storiċi.

    Din il-faċċata tal-knisja li qiegħda tiġi rrestawrata attwalment, hija kkaratterizzata minn partijiet estensivi ta’ tkabbir bioloġiku. Hija l-aktar faċċata ppreservata, minħabba li hija l-inqas waħda esposta għal tixrib u tnixxif. Ix-xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni se jinkludu t-tneħħija ta’ kisi b’bażi ta’ siment mill-faċċata. 

    Il-ġebel se jiġi mnaddaf sew b’ilma distillat u jkun ‘plastic repaired’. Jekk il-ġebla tinsab li ma tkunx soda strutturalment, din se tinbidel. Id-dettalji arkitettoniċi li ntilfu u li jistgħu jiġu magħmula mill-ġdid minn evidenza eżistenti se jiġu mibdula, u fejn hu possibbli jsir bil-‘plastic repair’. 

    Il-wiċċ tal-ġebel se jitnaddaf bi pniezel apposta minn depositi, tbajja’ u tkabbir bioloġiku. Il-qoxra sewdenija preżenti se tiġi mnaddfa, mbagħad tingħata velatura biex l-apparenza tkun konsistenti. Il-qsim se jerġa’ jiġi mkaħħal b’taħlita ta’ ġir, u anka dawk il-fili li huma dgħajfa se jitneħħew u jiġu mkaħħla.

     Ritratti u filmati: Alan Saliba

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0