Suċċessi għall-Għaqda Mużikali ‘Marija Assunta’ tal-Gudja

  • Lul 02, 2019 14:35
  • Miktub minn iNews
"

    Kienu suċċess kbir iċ-ċelebrazzjonijiet diversi organizzati dan l-aħħar mill-Għaqda Mużikali Marija Assunta tal-Gudja li din is-sena qed tfakkar bi kburija żewġ anniversarji ferm importanti fl-istorja mużajka tagħha. Dawn l-anniversarji huma għeluq il-100 sena mill-fondazzjoni tal-istess għaqda u 75 sena mill-formazzjoni tal-banda tagħha.

    Fost il-ħidmiet soċjali u kulturali diversi li twettaq, l-Għaqda Mużikali Marija Assunta tieħu parti mill-aktar attività fiċ-ċelebrazzjonijiet prinċipali li jsiru fil-Gudja, fosthom l-organizzazzjoni tal-festa tal-Madonna taċ-Ċintura li tkun iċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, kif ukoll għandha sehem ewlieni biex tkun iċċelebrata kif jixraq il-festa titulari ta’ Santa Marija. Fi ħdan l-Għaqda Mużikali Marija Assunta wieħed isib il-Fratellanza tal-Madonna taċ-Ċintura u l-Kamra tan-Nar Madonna taċ-Ċintura. 

    Il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ anniversarji laħaq il-qofol tiegħu b’Kunċert Vokali u Strumentali fuq il-planċier artistiku tas-soċjetà fil-Pjazza tal-Gudja, taħt il-patroċinju tal-President tar-Repubblika Dr George Vella.

    F’dan il-kunċert ħadet sehem il-Banda Marija Assunta taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Hermann Farrugia Frantz, flimkien mas-sopran Claire Caruana, il-muezzin Bader Zeina u l-Coro Ben Canto.  Il-kompożizzjonijiet diversi li ġew esegwieti kienu apprezzati ferm u ntlaqgħu b’ċapċip kbir mill-folla kbira ta’ nies preżenti. 

    Wara l-kunċert, fejn saru wkoll xi preżentazzjonijiet u diskorsi tal-okkażjoni, il-President ta’ Malta, Dr George Vella flimkien mal-President tal-Għaqda Gudjana, is-Sur Omar Xuereb, fetħu l-każin tal-banda wara diversi xogħlijiet ta’ tisbiħ u mmodernizzar li sarulu. Inkixfet ukoll irħama ta’ tifkira ta’ dawn l-avvenimenti importanti.

     

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0