Delegazzjoni minn Scicli fil-Festa ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop

  • Lul 05, 2019 13:23
  • Miktub minn iNews
"
    Nhar il-Ħadd 14 ta’ Lulju 2019, Ħal Kirkop ser ikun qed jiċċelebra l-Festa ta’ San Ġużepp. Fil-programm vokali u strumentali tal-Banda San Ġużepp Ħal Kirkop; li se jittella’ nhar l-Erbgħa 10 ta’ Lulju, mistenni tkun qed tipparteċipa rappreżentanza mill-“Associazione Musicale P. Di L. Busacca e F. Borrometi” ta’ Scicli, Sqallija. Infatti, mal-Banda se tieħu sehem il-klarinettista Cristina Nigro u, f’xi xogħlijiet mużikali, il-banda se tkun imexxija minn Mro Girolamo Manenti – is-Surmast tal-banda Taljana. 
     
    Ir-relazzjoni bejn iż-żewġ soċjetajiet mużikali ssaħħet meta l-Banda San Ġużepp kienet għamlet servizz ġewwa Scicli f’Marzu 2018. Il-Kumpless Bandistiku ta’ Scicli rreċiproka billi pparteċipa wkoll fil-Festa ta’ San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop f’Lulju tas-sena l-oħra. 
     
    Matul din is-sena r-relazzjoni baqgħet tissaħħaħ meta s-Surmast tal-Banda San Ġużepp, Mro Brian Cassar, ġie mistieden jipparteċipa f’kunċert f’Settembru 2018, u wkoll meta f’Marzu li għadda, is-Surmast u l-President-bandist ta’ din is-Soċjetà Koppija, ġew mistiedna jieħdu sehem f’kunċert ġol-Knisja ta’ San Ġużepp f’Scicli. 
     
    Id-delegazzjoni Taljana ser tkun qed tieħu sehem wkoll għall-okkażjoni oħra ta’ nhar i-Tlieta, 9 ta’ Lulju fejn, għall-ewwel darba, it-tfal Koppin ser ikollhom l-opportunità li jiċċelebraw festa ddedikata lilhom. F’din l-okkażjoni, ser issir manifestazzjoni bi statwetta ta’ San Ġużepp merfgħuha mit-tfal, u l-Banda bid-delegazzjoni ta’ Scicli, ser tkun qed takkumpanja b’daqq ta’ marċi u innijiet Ġużeppini Koppin. 
     
     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0