L-istessu… ħames darbiet aktar qattiel mill-kelb il-baħar

  • Lul 07, 2019 18:52
  • Miktub minn iNews
"

    Li tieħu stessu saret xi ħaġa mill-aktar komuni fiż-żminijiet tal-lum. Mhux talli hekk, talli aktar ma jgħaddi ż-żmien in-nies qegħdin jieħdu riskji akbar biex jiksbu l-istessu perfett. 

    Rapport tal-Ġurnal tal-Mediċina tal-Familja u l-Kura Primarja fl-Indja jgħid li r-rata ta’ mwiet minħabba dawn l-istessi hi ħames darbiet akbar mir-rata ta’ kemm imutu n-nies minħabba attakki mill-klieb il-baħar. 

    Jirriżulta li bejn Ottubru tal-2011 u Novembru tal-2017 kien hemm mill-inqas 259 persuna li mietu waqt li kienu qegħdin jieħdu stessu, filwaqt li kienu biss 50 persuna li nqatlu minn kelb il-baħar matul l-istess perjodu. 

    Ir-rapport jgħid li minkejja li huma n-nisa l-aktar li jħobbu l-istessi, fl-istess waqt huma l-irġiel żgħażagħ l-aktar li jieħdu r-riskji u fil-fatt tliet kwarti tal-vittmi tal-imwiet ikkawżati minn stessi kienu proprju rġiel. Il-maġġoranza mietu mgħarrqin, oħrajn waqgħu minn x’imkien jew ħabtu f’xi ħaġa, filwaqt li oħrajn intlaqtu minn xi sparatura. 

    Ir-rekord tal-akbar ammont ta’ nies li mietu minħabba stessu jinsab fl-Indja, fejn il-popolazzjoni hi ta’ aktar minn 1.3 biljun persuna u hemm mat-800 miljun mowbajl. Fl-Indja biss mietu mal-159 persuna, aktar minn nofs il-lista globali ta’ nies li mietu waqt li kienu qegħdin jieħdu ritratt tagħhom infushom. Fost il-każi li ġraw fl-Indja, hemm uħud fejn in-nies intlaqtu minn xi ferrovija jew inkella għerqu fuq dgħajsa li niżlet fil-qiegħ fil-mument proprju meta ħadu r-ritratt. 

    Is-sitwazzjoni fl-Indja tant qiegħda tiggrava li f’diversi żoni nħolqu postijiet fejn in-nies ma jistgħux jieħdu stessi. F’Mumbai biss hemm mas-16-il żona bħal dawn. 

    Ġew ukoll irrapportati każi ta’ mwiet minħabba stessi fir-Russja u fl-Istati Uniti. Fir-Russja kien hemm 16-il każ, filwaqt li fl-Istati Uniti kien hemm 14-il każ ieħor. 

    Fir-Russja kien hemm nies li waqgħu minn pontijiet jew bini għoli, sparaw lilhom infushom jew inkella mietu waqt li kienu qegħdin iżommu bombi f’idejhom. Minħabba f’hekk, fl-2015, il-Pulizija Russa ħarġet linji gwida għan-nies biex jieħdu stessi bla ma jkunu ta’ periklu għalihom infushom u għall-oħrajn. 

    Fl-Istati Uniti, l-akbar ammont ta’ mwiet kien jinvolvi nies li sparaw lilhom infushom filwaqt li kienu qegħdin jippożaw. Numru ta’ persuni oħra mietu għax waqgħu waqt li kienu qed jippożaw fil-Grand Canyon. 

    Fil-Kroazja, is-servizzi tas-salvataġġ wasslu messaġġ fuq Twitter biex it-turisti ma jiħdux stessi stupidi u perikolużi. Dan wara li Kanadiż irnexxielu jaħrab il-mewt, minkejja li waqa’ 75 metru. 

    Diversi stessi qattiela… jew kważi

    F’Jannar li għadda mietet il-personalità fuq il-midja soċjali, Gigi Wu li kienet magħrufa bħala “Bikini Climber”. Hi kienet magħrufa li titla’ l-quċċati tal-muntanji filwaqt li tkun liebsa biss bikini. Wu mietet ta’ 36 sena meta waqgħet f’wied waqt li kienet qiegħda tieħu stessu. 

    F’każi oħrajn, minkejja li l-istessi ma kinux qattiela, xorta waħda kienu makabri. Fl-2014 kien hemm mara Brażiljana li qajmet rabja sħiħa onlajn meta ġibdet stessu bid-daħka quddiem it-tebut tal-kandidati presidenzjali Eduardo Campos waqt il-funeral tiegħu. 

    Minħabba l-kontroversji li jinqalgħu, hemm ċerta postijiet li qegħdin jieħdu prekawzjoni u jwaqqfu lin-nies milli jaqsmu ċerta stessi li mhumiex adegwati. Fost l-oħrajn, hemm il-ħaddiema tal-mużew ta’ Auschwitz fil-Polonja, li kull sena jżuruh 2.1 miljun persuna. Dawn jiġbdu l-attenzjoni ta’ kull min jitfa’ xi stessu li ma jkunx addattat. 

    F’postijiet oħra, kien hemm nies li jgħixu f’żoni turistiċi u tant ġew urtati minħabba l-ammont ta’ turisti li jieqfu jieħdu l-istessi li ħolqu gruppi fuq il-midja soċjali biex jirredikolaw lil dawk li jaseġeraw. Każ partikolari seħħ f’Rue Cremieux f’Pariġi li tant dejquhom it-turisti li ħolqu kont fuq Instagram bl-isem ta’ clubremieux fejn jippubblikaw ritratti tal-agħar każi ta’ stessi li jittieħdu quddiem il-bibien tad-djar tagħhom. 

    L-istess jiġri f’Hong Kong fejn ir-residenti tal-Quarry bay waħħlu sinjali li jipprojbixxu t-teħid ta’ ritratti. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0