Il-Parlament Niġerjan taħt lockdown wara tiri sparati waqt ġlied bejn il-pulizija u dimostranti

  • Lul 09, 2019 20:58
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Parlament Niġerjan, jew kif inhu magħruf l-Assemblea Nazzjonali tan-Niġerja, jinsab taħt lockdown wara li ġew sparati tiri waqt ġlied bejn il-pulizija u grupp ta’ Musulmani Shia.

    Il-pulizija Niġerjana kellha tagħmel użu mill-gass tad-dmugħ hekk kif duħħan deher ukoll tiela’ miż-żona.

    Il-Moviment Iżlamiku tan-Niġerja, grupp li jirrappreżenta l-minoranza tal-Musulmani Shia, ipprova jidħol fil-kumpless, u kien dan li wassal biex jinqala’ l-ġlied mal-pulizija. Il-Moviment kien qed jipprotesta kontra l-arrest tal-mexxej tagħhom, Sheikh Ibraheem Zakzaky, li ilu arrestat sa mill-2015.

    Intant il-Pulizija qalu li tnejn miż-żewġ uffiċjali tagħhom intlaqtu f’saqajhom minn tiri, filwaqt li sitta oħrajn sfaw midrubin wara li ntlaqtu minn ġebel u oġġetti oħrajn mitfugħin fil-konfron tagħhom.

    Huma żiedu jgħidu li 40 membru tal-Moviment sfaw arrestati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0