Kontroversja dwar flokkijiet bil-kelma “pufta”

  • Lul 10, 2019 08:50
  • Miktub minn iNews
"

    Fuq il-media soċjali qamet kontroversja dwar il-flokkijiet u brieret roża bil-kelma “pufta” li qed jinbiegħu minn fuq sit elettroniku li ismu wkoll qajjem dibattitu, www.puftaġni.com.

    It-T-shirt qed jinbiegħ għall-prezz ta' €22 u l-beritta għal €17 b'parti mid-dħul mill-bejgħ se jmur għal għaqdiet karittattivi li jaħdmu mal-kommunita LGBTIQ.

    Din l-inizjattiva ntlaqgħet b'mod differenti mill-persuni gay b'min ma jaqbilx u min ma jsib xejn negattiv fl-użu ta' kelma li matul is-snin intużat bħala nsult lilhinn mill-orjentazzjoni sesswali tal-persuna.

    Ġvni gay li kiteb fuq Facebook qal li minn perspettiva LGBTIQ jaqbel li din il-kelma “jagħmluha tagħhom” imma wissa li din l-inizjattiva tista' tagħmel ħafna ħsara.

    Huwa qal li ħafna mhux se jaraw il-messaġġ warajha imma se jaraw raġel liebes T-shirt b'din il-kelma u jiżżufjettaw bih.

    Il-ġuvni wissa wkoll li fil-pajjiż jista' jitqajjem “mostru rieqed” li ġejja mill-mentalita antikwata fost ħafna nies.

    Mhux l-istess ħasibha ġuvni ieħor gay fejn qal li l-kelma “pufta” la hija iktar u lanqas inqas offensiva minn nomi oħra fid-dizzjunarju Malti u nsista li hija s-soċjeta u l-kultura 'macho' li huma ħżiena mhux il-kelma.

    Huwa jirreferi wkoll għall-kelma Maltija li tirreferi għall-parti intima tal-mara u jgħid li din nużawha fil-konfront ta' min naraw dgħajjef u femminili.

    Il-ġuvni jżid jgħid li huwa ordnah il-flokk u għandu seba' mitt sena sakemm jilbsu. 

    L-MGRM tgħdi li trid tkompli fuq il-kampanja ta' edukazzjoni

    Dan is-sit staqsa mill-Malta Gay Rights Movement (MGRM) x'taħseb dwar din il-kontroversja b'kelliem għaliha jgħidilna li soltu huma jippreferu ma jikkummentawx fuq attivitajiet kummerċjali imma peress li f’dan il-każ is-suġġett hija l-kelma “pufta” jifhmu li l-kommunità tkun qed tistenna l-kummenti tal-MGRM.

    Huwa qalilna li storikament ir-‘reclamation’, jiġifieri l-mod ta' kif kommunita terġa' tieħu lura u tibda’ tuża kelma li storikament tkun saret insult, huwa mod ta’ kif komunita’ f’minoranza tiddefendi ruħha minn lingwaġġ dispreġjattiv.

    Ġneralment dan huwa proċess twil li ma jseħħx mil-lum għal-għada, irid ikun aċċettat mill-kommunita sabiex ikun effettiv u li ġeneralment ma jibdiex minn attivita’ kummerċjali.

    Huwa rreferina għal-lingwa Ingliża u kliem bħal ‘queer’ u ‘gay’ fejn wara proċess twil u kważi naturali ta’ normalizzazzjoni l-istess kliem saru parti mil-lingwaġġ ta’ kuljum u l-użu tal-kliem bħala insult spiċċa kważi għal kollox.

    “Din l-inizzjativa jidher li qed tipprova tagħmel l-istess bil-kelma Maltija “pufta”. Pero ta’ min insemmu li l-kelma “pufta” hija kemmxejn differenti minn ‘queer’ u dan għaliex għad-differenza tal-etimoloġija ta’ kliem bħal ‘gay’, li fil-passat kienet tfisser 'kuntent', l-għeruq tal-kelma “pufta” jinsabu fil-kelma bl-Ingliż ‘poofter’ li allura l-oriġini tagħha minn dejjem kienet intenzjonata sabiex toffendi lil-irġiel omosesswali”.

    Il-kelliem tal-MGRM żied jgħid li sadanittant il-kommunita LGBTIQ+, anke dik Maltija, ilha snin twal tagħmel ‘reclamation’ ta’ diversi kliem pero l-kelma “pufta” dejjem baqgħet insult u għadha ġġorr magħha ċerta sensittivita sal-ġurnata tal-lum. Dan jgħodd ukoll għall-kelma ‘poofter’ bl-Ingliż li għadha qatt ma ġiet normalizzata.

    Huwa żied jgħidilna li minn studju ippubblikat mill-MGRM ftit xhur ilu, bl-isem ‘The 2017 Malta National School Climate Survey’, ħareġ ċar li sal-ġurnata tal-lum fl-iskejjel tagħna studenti LGBTIQ+ għadhom jisimgħu kliem bħal “pufta” użati b’mod dispreġjattiv u sabiex jinsulta.

    “Il-pożizzjoni tal-MGRM f’dan il-każ kien li nkomplu l-kampanja ta’ edukazzjoni fl-iskejjel sabiex id f’id magħhom nispjegaw għaliex li tkun membru tal-komunita LGBTIQ+ m’għandux ikun suġġett ta’ insult tkun xi tkun il-kelma li tintuża. Din l-istess posizzjoni tibqa' tgħodd f'dan il-każ ukoll”, żied jisħaq il-kelliem tal-MGRM.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0