L-abbozz ta’ estradizzjoni lejn iċ-Ċina huwa “mejjet’’

  • Lul 10, 2019 10:18
  • Miktub minn iNews
"

    Il-mexxejja ta’ Hong Kong Carrie Lam qalet li l-abbozz kontroversjali li kien jippermetti estradizzjoni lejn iċ-Ċina issa huwa “mejjet”. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li tat ilbieraħ Lam qalet li l-ħidma tal-Gvern fuq dan l-abbozz kien “falliment totali”. Tajjeb li ngħidu li hi iżda naqset milli tgħid li dan l-abbozz tneħħa kompletament u għalhekk id-dimostranti wiegħdu li huma kommessi li jibqgħu għaddejjin bil-protesti. 

    Dan l-abbozz wassal għal ġimgħat sħaħ ta’ instabbiltà fil-pajjiż bil-protesti jibqgħu għaddejjin minkejja li l-gvern kien ħabbar li l-abbozz ġie sospiż b’mod indefi­nit. Meta Lam kienet qiegħda titkellem mal-ġurnalisti hija qal li, “xorta waħda għadhom jeżistu dubji dwar is-sinċerità tal-Gvern u hemm tħassib ukoll li dan jista’ jerġa’ jibda l-proċess fil-Kunsill Leġiżlattiv... għalhekk jien nerġa’ ngħid, ma hemm l-ebda pjan li jsir hekk. Dan l-abbozz huwa mejjet.” Qabel hi kienet qalet li dan l-abbozz “se jmut” fl-2020 meta l-leġiżlazzjoni preżenti jispiċċalha t-term tagħha. 

    L-istqarrija ta’ Carrie Lam tinstema’ waħda ċara ħafna u ma tantx għandha tħalli lok għal dubju, iżda minkejja dan hija naqset milli tilqa’ b’mod dirett it-talba tad-dimostranti – dik li l-abbozz jiġi mħassar immedjatament. Minflok hija tinsab kommessja li tħalli dan l-abbozz fil-limbu sakemm is-ses­sjoni leġiżlattiva tiġi fi tmiemha u mbagħad dan imut b’mod awtomatiku. Għalhekk għadd ta’ analisti politiċi qed jgħidu li fil-preżent dan l-abbozz huwa meqjus “mejjet” f’termino­loġija politika u mhux le­ġiżlattiva. 

    Hong Kong, li fil-passat kien kolonja Ingliża, huwa parti miċ-Ċina u jitmexxa taħt sistema ta’ “pajjiż wieħ­ed żewġ sistemi”, arrangament li jiggarantixxi livell ta’ awtonomija lil Hong Kong. Minħabba f’hekk dan il-pajjiż għandu sistema ġudizzjarja u legali li hija separata minn dik taċ-Ċina. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0