Trabzonspor ma jissodisfawx il-Fair Play Finanzjarju tal-UEFA

  • Lul 10, 2019 13:19
  • Miktub minn iNews
"

    Il-club Tork ta’ Trabzonspor qed jirriskja li jiġi eskluż mill-kompetizzjonijiet Ewropej wara li ma ssodisfax il-Fair Play finanzjarju. Dan ġie deċiż mill-UEFA fejn id-dipartiment tal-Kontrolli Finanzjarji sab li l-club mhux qed jissodisfa l-kriterji finanzjarji tagħhom.

    B’hekk jekk ma jirnexxielhomx juru sal-15 t’Ottubru li beħsiebhom jagħmlu xi ħaġa sabiex jirranġaw is-sitwazzjoni ser ikollhom jibqgħu mingħajr kompetizzjoni Ewropea għaż-żewġ staġuni li jmiss. Barra minn hekk żewġ plejers minn tagħhom Omur u Tazici jistgħu jitilqu lill-club tant li Roma u Lazio rispettivament qed juru interess fihom. Dan jista’ jsir ukoll sabiex il-club jaqla’ xi ħaġa tal-flus mill-akkwisti tagħhom.

    Trabzonspor spiċċaw fir-raba’ post tal-klassifika fl-istaġun li għadda meta kisbu 63 minn 34 partita.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0