Iwieġbu mhux ħatja li serqu minn vetturi u li wettqu ħsara fuq ħwejjeġ ħaddieħor

  • Lul 10, 2019 13:55
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġ Għawdxin tressqu quddiem il-Maġistrat Bridgitt Sultana akkużati li fit-2 u fit-3 ta’ Lulju li għadda serqu oġġetti minn żewġ vetturi u li għamlu ħsara fuq ħwejjeġ ta’ ħaddieħor.

    L-akkużati huma żagħżugħ ta’ 19-il sena min-Nadur u raġel ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar.

    Iż-żagħżugħ kien akkużat ukoll li kkommetta reat waqt il-perjodu operattiv ta’ probation impost fuqu mill-Qorti. L-ieħor ġie akkużat ukoll li fil-25 ta’ Ġunju seraq minn ġewwa vettura oħra u li huwa reċediv fost affarijiet oħra.

    L-akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom u baqgħu jinżammu taħt arrest.

    Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0