Omm Liam Debono tammetti li serqet minn sitt pompi tal-petrol

  • Lul 10, 2019 14:09
  • Miktub minn iNews
"

    Charlotte Zammit, li tiġi omm Liam Debono li jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri, tressqet fil-Qorti mixlija li serqet minn diversi pompi tal-petrol.

    Quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri, hija ammettiet li serqet minn sitt pompi tal-petrol li jinsabu f’Raħal Ġdid, Ħaż-Żabbar, Ħ’Attard, Ħal Qormi, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa, liema serqiet seħħew kollha fil-ħin ta’ filgħaxija. Hija ammettiet ukoll li kkawżat ħsarat, li kisret ordni ta’ probation u li saret reċediva.

    L-Uffiċjal Prosekutur Roderick Agius insista fuq sentenza ta’ ħabs u qal li l-akkużata tista’ tkun ta’ periklu għaliha nnifisha u għal ħaddieħor jekk terġa’ lura fis-soċjetà.

    Fis-sottomissjonijiet dwar il-piena, l-avukat tal-għajnuna legali Josette Sultana rrimarkat kif il-mara ammettiet fi stadju bikri u qalet li l-imputata tixtieq tirrijabilita ruħha. Dan filwaqt li żiedet tgħid li l-ammonti misruqa ma kinux daqstant sostanzjali. 

    Il-Qorti se tkun qed tagħti s-sentenza l-ġimgħa d-dieħla. Sadanittant, l-imputata baqgħet tinżamm taħt arrest preventiv. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0